Referenza: Volum 33C (1947), Parti Nru. 1, Taqsima 2, Paġna 573

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/05/1947
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, GANADO E., CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
JOHN FITENI vs LORENZA FITENI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ILLEGITTIMITA' TAL-PERSUNA - KUNTRATT "SUI GENERIS" - LOKAZZJONI - NULLITA' - SENTENZA
Fil-Qosor
Sentenza li tinghata qabel ma tkun ezawrita t-trattazzjoni tal-kawza u qabel ma jkunu saru l-provi kollha, ghax il-Qorti jkun dehrilha illi l-provi kellhom jingiebu dak in-nhar li giet moghtija s-sentenza, ma hix nulla. Lanqas hemm nullita' tas-sentenza bil-fatt illi l-Qorti ma tiddecidix b'kap separat l-eccezzjoni tal-konvenut illi huwa ma ghandux rapporti diretti ma' l-attur. Eccezzjoni similima tammontax ghal eccezzjoni ta' l-illegittimita' tal-persuna, u mhijiex wahda minn dawk l-eccezzjonijiet illi l-ligi trid illi jigu decizi b'kap separat. Id-dispost tal-Ligi tal-Kera li jipprojbixxi li l-kerrej jigi privat mill-beneficcji li taghtih dik il-ligi mhix applikabili ghal dawk il-lokazzjonijiet li kienu frekwenti fi zmien l-emergenza tal-gwerra, u li ma humiex lokazzjonijiet veri u proprji, imma kuntratti "sui generis". U r-regolament li sar fis-sena 1945 biex dahhal anki dawk il-lokazzjonijiet taht il-Ligi tal-Kera, ma hux applikabili ghal dawk il-lokazzjonijiet li saru qabel il-promulgazzjoni ta' dak ir-regolament. Meta ftehim dwar lokazzjoni jsir bejn is-sid minn naha u izjed minn persuna wahda, u bis-sahha ta' dak il-ftehim wiehed minn dawn jakkwista drittijiet ta' inkwilinat minn ghand s-sid di fronti ghall-persuni l-ohrajn, dak li jakkwista dawn id-drittijiet jista'jipprocedi dwarhom kontra l-persuni l-ohra minghajr ma jkun imdahhal fil-kawza s-sid.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni