Referenza: Volum 74 (1990), Parti Nru. 5, Taqsima 1, Paġna 649

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/07/1990
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Ġudikatura
HARDING HUGH, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Partijiet
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs FRANCIS SIVE CIKKU ATTARD
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AMMISSIBILITA' TA' XHUD - ESPERJENZA PROFESSJONALI TIEGHU - ESPERT NOMINAT MILL-QORTI - STQARRIJIET TA' XHUD - TEKNIKA TA' IDENTIFIKAZZJONI TA' KADAVRU
Fil-Qosor
Jinkombi fuq il-Qorti Kriminali li fl-istadju opportun tispjega lill-gurati mhux biss f'hiex jikkonsisti l-process ta' identifikazzjoni, izda ukoll li ghandhom id-dover li joqoghdu attenti li ma jattribwux lis-sistema in kwistjoni xi infallibilita' u li ghalhekk ikun perikoluz li jistriehu fuqu bissjekk ma jirrizultawx provi ohra dwar l-identita' tal-mejjet. Trattandosi ta' esperti f'diversi kampijiet ta' studju, dejjem kienet il-prattika li dak li jkun, l-ewwel u qabel kollox, jaghti dettaljidwar l-esperjenza professjonali tieghu biex il-gurati jitpoggew fil-posizzjoni li mhux biss ikollhom konferma li verament si tratta ta' bniedem espert, izda wkoll biex a bazi ta' l-informazzjoni relattiva, ikunu jistghu jaraw x'piz ghandhom jew m'ghandhomx jaghtuh. Bhala massima stqarrijiet ta' xhieda m'ghadhomx ikunu ammessi aprioristikament bhala prova peress li ma jisthgux jissostitwixxu x-xhieda viva voce tad-dikjaranti. Il-parti li ggib ix-xhud ma tistax tattakka l-kredibilita' tieghu biprova ohra tal-kondotta hazina tieghu, izda hija tista' tikkontradicin bi prova ohra, u tista' ukoll tipprova li f'okkazjonijiet ohra huwa kien ghamel dikjarazzjonijiet li ma jaqblux max-xhieda li jkun qieghed jaghti u dan purche' li jigu osservati l-modalitajiet imposti bl-artikolu 586 tal-Kap. 12. Meta xhud dikjarat ma jkunx identifikat bizzejjed u anqas ma tohrog car ir-relevanza tieghu, il-Qorti ta' l-Appell Kriminali ma tiddistrubax id-decizjoni tal-Qorti Kriminali li dak ix-xhud mhux ammissibbli.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni