Referenza: Volum 33A (1947), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 103

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/05/1947
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, GANADO E., CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
AVUKAT DR. ANTHONY PULLICINO ET. vs SIR DAVID CAMPBELL NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"RATIO LEGIS" - AREA TA' BARRA L-BOMBI - AZZJONI PUBLIKA - INTERPRETAZZJONI - KAP. 114 TA' L-EDIZZJONI RIVEDUTA - SPEJJEZ
Fil-Qosor
L-objettiv tal-Ligi dwar il-Preservazzjoni ta' l-Area ta' barra l-Bombi huwa dak li dik l-area tigidikjarata bhala area li fuqha ma jistax isir bini u li ma tistax tigi moghtija ghall-bini bhala spazju fabbrikabili, u li hija oggett li mhux fil-kummerc; u ghalhekk ebda parti minn dik l-area ma tista' tigi trasferita lil terzi persuni ghal dawn l-iskopijiet jew li jsiru drittijiet reali fuqha. Dana pero' ma jfisserx illi jekk il-Gvern itella' xi opri fuq xi parti minn dik l-area huwa jmur kontra dik il-ligi, ghax bl-ebda mod ma jista' jinghad li huwa tefa' dik il-parti fil-kummerc per mezz ta' trasferiment tal-proprjeta' jew ta' xi dritt lit-terzi. Avvolja l-kelma tal-legislatur tkun cara,huwa lecitu li tigi ezaminata r-"ratio legis" biex tittiehed interpretazzjoni aktar preciza tal-ligi. Il-ligi tittutela dik l-area bl-azzjoni publika, u tezenta mill-hlas ta' certi drittijiet lic-cittadin li jipproponi din l-azzjoni; u dina l-ezenzjoni hija applikabili mhux biss meta jintalab l-annullament ta' xi trasferiment li l-Gvern ikun ghamel kontra l-ispirtu tal-ligi, imma anki meta l-azzjoni hija diretta ghad-demolizzjoni ta' xi bini li jkun tala fuq dik l-area.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni