Referenza: Volum 40C (1956), Parti Nru. 2, Taqsima 3, Paġna 691

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/01/1956
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
MARIA STELLA HILI ET. vs CARMELO CILIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACCETTAZZJONI TA' EREDITA' - ART. 909 U 891 TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI DIKJARATORJA
Fil-Qosor
Min jezercita l-azzjoni biex min hu msejjah ghal wirt jiddikjara fi zmien li timponilu l-Qorti jekkjaccettax jew le l-eredita', u in difett jigi meqjus li huwa rrinunzja ghall-wirt, hemm bzonn li qabel xejn huwa jkun accetta l-eredita' . Imma, jekk huwa jiddikjara li jaccetta l-wirt fil-kors tal-kawza, dina d-dikjarazzjoni hija sufficjenti. Il-konvenut f'kawza simili ma jistax jallega li fil-konfront tieghu dina l-azzjoni ma kienx hemm lokha fuq il-motiv li huwa ga accetta l-eredita', jekk din l-accettazzjoni huwa jrid li tirrizulta mil-fatt li huwa, wara l-mewt tad-decujus, dahhal xi kerata' fond li jappartjeni lill-eredita'. Hemm bzonn li ssir il-prova univoka li hu kellu l-volonta' ul-intenzjoni li bl-att tal-inkass ta' dak il-kera jaccetta l-eredita', b'mod li ma tkunx possibblikwalunkwe interpretazzjoni ohra ta' dak l-att. Ghax il-percezzjoni tal-kera tikkostitwixxi att merament konservattiv u ta' amministrazzjoni provvizorja li ma jikkostitwix accettazzjoni tal-eredita',specjalment meta tonqos il-prova li dik il-percezzjoni tal-kera saret minnu bhala eredi; u kwindi din l-azzjoni kontra tieghu kienet dejjem mehtiega. Dan ir-rimedju legali lanqas ma hu konvenjenti lijigi applikat kontra min ma jirrizultax soddisfacentament li huwa msejjah ghall-eredita': kif lanqas ma ghandu jigi applikat kontra min, ghalkemm jirrizulta li huwa msejjah ghall-eredita', pero' jkun taht l-eta'.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni