Referenza: Volum 45A (1961), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 115

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/04/1961
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
PERIT ARKITETT SALVINO MANGION, B.SC., B.E. & A., A. & C.E., O.B.E., NE vs NOBBLI NORAH ELMA MARY CHESNEY SCEBERRAS D'AMICO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"ALTERNATIVE ACCOMMODATION" - "OWNER U "OCCUPIER" - ART. 2 TAL-KAP. 136 - ESPROPRJAZZJONI - LOKAZZJONI
Fil-Qosor
Skond il-Ligi dwar l-Esproprjazzjoni ta` Artijiet ghal Skopijiet Publici, fi zmien erbatax il-gurnata mill-jum tal-publikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern tad-Dikjarazzjoni tal-Gvernatur li l-art fiha ndikata hija rikjesta ghal skop publiku, is-sid tal-art jew min jokkupaha, jekk ikun hemm, ghandhom jaghtu f'idejn l-Awtorita` kompetenti l-pussess taghha; izda jekk l-art li l-pussess taghha jkun hekkmehtieg tkun dar fil-fatt okkupata bhala dar, min jokkupaha ma jkunx jehtieglu li jitlaq il-pussesstaghha qabel ma jghaddu erbatax il-gurnata mil-gurnata li fiha l-Awtorita` kompetenti tkun offriet bil-miktub lill-imsemmi okkupant fejn joqghod band'ohra, li ragjonevolment ikun bizzejjed ghan-nies li joqghodu f'dik id-dar. Il-ligi tiddistingwi espressament bejn l-"owner' u l-"occupier". Il-provvediment tal-"alternative accomodation" hu mahsub fl-interess esklusiv tal-"occupier", biex ma jsibxruhu bla dar; huwa hu li, meta hi mehtiega l-offerta ta` dar ohra, jista` jkun intitolat li ma jikkonsenjax il-pussess bis-sahha tal-obligu separatment impost lilu, sakemm dik l-offerta ma tkunx saret. Izda f'dan, is-sid ma ghandu x'jaqsam xejn. Hu la ghandu ebda dritt, la ebda nteress legittimu,u lanqas ebda "locus standi", meta ma hux jokkupa l-post, rigward l-"alternative accomodation". Konsegwentement, is-sid tal-art esproprjata li ma jkunx jokkupaha huwa stess, u li tkun mikrija lil hadd iehor, hu obligat li jaghti f'idejn l-Awtorita` kompetenti l-pusses tal-art fi zmien erbatax il-gurnata mill-publikazzjoni tad-Dikajrazzjoni tal-Gvernatur; u d-dritt li jirrezisti l-effetti tad-Dikjarazzjoni qabel ma tigi offerta l-"alternative accomodation" jispetta talvolta lill-inkwilin biss.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni