Reference: Volume 80 (1996), Part No. 2, Section 1, Page 364

Judgement Details


Date
16/02/1996
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
CARMELO BUGEJA vs MARY XEBBA FARRUGIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
L-ISTITUT TAL-KONTUMACJA
Summary
Diversi kienu d-decizjonijiet ta' dawn il-Qrati in materja ta' kontumacja u l-gustifikazzjoni o menotaghha. Peress li kull kaz hafna drabi jipprospetta fattispecje differenti, d-decizjonijiet mhumiex ghal kollox uniformi, fis-sens li hemm xi uhud minnhom li adottaw linja rigida mentri ohrajn kienuizjed flessibbli u liberali. Din il-Qorti jidhrilha li meta l-ligi stess ipprefiggiet terminu preciz u relattivament twil - ghoxrin jum - m'ghandhiex tammetti li, jekk mhux ghal xi raguni gravi jeweccezzjonali, testendi dan il-perijodu jew tinnewtralizzah bl-ammissjoni ta' eccezzjonijiet - wara l-gheluq tieghu. Huwa minnu li l-ligi stess taghti tali diskrezzjoni lill-Qorti imma huwa appuntu ghal din ir-raguni li l-gudikant ghandu jezercita' tali diskrezzjoni b'mod xieraq u meqjus. Fil-kaz prezenti l-agir ta' l-appellant kien kolpuz u jekk il-Qorti kellha tammetti tali agir ghall-fini ta'gustifikazzjoni ta' stat ta' kontumacja, allura ftit jibqa' jaghmel sens dak li jesigi l-Kodici tal-Procedura. Huwa principju assodat minn sensiela ta' decizjonijiet li l-kontumacja ma tistax titqiesgustifikata meta din hija kolpuza. Dejjem kien ritenut li m'ghandux ikun hemm negligenza jew htijatal-parti, ghax allura minflok il-prova tal-kawza gusta jkun hemm il-culpa u f'dak il-kaz il-persuna ma tkunx tista' tilmenta minn xejn ghax qui culpa sua damnum sentit non videtur damnum sentire. L-appellanti agixxiet negligentement u trid tissubixxi l-konsegwenzi ta' l-agir taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info