Reference: Volume 80 (1996), Part No. 2, Section 1, Page 499

Judgement Details


Date
08/03/1996
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Parties
ANTHONY MONTEBELLO NOE vs ALFRED DEBATTISTA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
BEJGH B'IRKANT - JEDD MAGHQUD MA' FOND - PUSSESS
Summary
L-attur nomine qed jippretendi li s-subbasta ta' porzjon art li ghandha tinbiegh ma tistax hekk tinbiegh ghax "ma tinstabx fil-pussess tas-socjeta' f'data futura". Kien precizat waqt il-kawza illi b'kuntratt ta' l-1988 is-socjeta' attrici akkwistat b'titolu ta' enfitewsi temporanju l-art de quo. Akkwist li sar effettiv minn dak in-nhar tal-kuntratt li fih kien stabbilit li l-koncessjoni enfitewtika tibda tiddekorri mis-sena elfejn. Minn dak in-nhar is-socjeta' attrici akkwistat dan id-dritt reali fuq il-proprjeta' in subbasta li dahall fl-attiv socjali ta' l-istess socjeta'. M'hemmx dubbjuli b'dan il-kuntratt l-attur nomine akkwista "jeddijiet maghqudin ma' fond" u mhux sempliciment xidritt li jakkwista fil-futur dak il-jedd. Akkwista jeddijiet li ghandhom valur ekonomiku, li huma liberament trasferibbli u konsegwentement soggetti biex jigu mibjugha in subbasta in sodisfazzjon tal-kredituri (artikolu 306 et seq tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili. Hija ovvjament zbaljata s-sottomissjoni ta' l-appellant illi s-socjeta' attrici m'ghandhiex il-pussess tal-proprjeta' in kwistjoni. Il-pussess mhux bilfors wiehed fiziku u materjali, jista' ukoll ikun formali fis-sens li, kif inghad, id-dritt imghaqqad ma' l-immobbli - li hu d-dritt ta' enfitewsi temporanja b'effett mis-sena elfejn - dahal fl-attiv tas-socjeta' immedjatament appena gie ppublikat l-att notarili li bih l-attur nomine akkwistah.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info