Referenza: Volum 80 (1996), Parti Nru. 2, Taqsima 1, Paġna 416

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/02/1996
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Partijiet
ALFRED FALZON SANT MANDUCA NOE vs ALBERT MIZZI ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPLIKAZZJONI TA' LIGIJIET - REGISTRAZZJONI - TRADE MARK - VJOLAZZJONI
Fil-Qosor
Il-fatt ta' registrazzjoni ta' trade mark mhuwiex fih innifsu l-krejazzjoni tad-dritt ta' proprjeta'imma konferma ta' dan id-dritt. Ir-registrazzjoni pero' fiha nnifisha qieghda tirrikonoxxi stat ta' fatt u ta' dritt u dan l-istat qieghed jinghata certa protezzjoni. Galadarba r-registrazzjoni matikkrejax id-dritt innifsu imma huwa rikonoxximent ta' dritt ga ezistenti huwa logiku li mhux id-dritt innifsu imma d-dritt ta' protezzjoni naxxenti mir-registrazzjoni li jintilef jekk minghajr ragunivalida u wara certu zmien ma jintuzax. Biex dan isir irid ikun hemm citazzjoni ad hoc maghmula minn xi persuna interessata li tista' tkun ukoll il-Kontollur tal-Proprjeta' Industrijali. Dan it-telfzgur illi ma jistax isehh permezz ta' eccezzjoni f'kawza fejn proprju l-proprjetarju qieghed jagixxi biex jipprotegi r-registrazzjonijiet tieghu. Huwa essenzjali li biex il-ligijiet iservu l-iskop lighalihom gew promulgati l-applikazzjoni taghhom trid issir fid-dinja prattika u fis-socjeta' lokaliu mhux in abstracto. Dan huwa principju li forsi ghandu aktar importanza fl-isfera kummercjali. Tant hu hekk li l-Kodici Kummercjali jaghti certu importanza lill-uzu tas-suq.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni