Reference: Volume 46D (1962), Part No. 4, Section , Page 893

Judgement Details


Date
13/10/1962
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs PETER FARRUGIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 342 PROVISO TAL-KODICI KRIMINALI - HTIJA KONTRIBUTORJA - IMPUTAT U AKKUZAT - KOLLIZJONI - RINUNZJA - RINVIJU - SENTENZA - SEWQAN NEGLIGENTI - SKIZZ - TRAFFIKU
Summary
Meta jigri incident stradali u l-Pulizija tipprepara skizz dwar id-dettalji tal-kollizjoni, hu deziderabbli li l-perti nominat mill-Qorti biex jirrelata fuq il-kollizjoni jaghmel skizz iehor "to scale" u jannettieh mar-relazzjoni tieghu. Driver li jiehu r-riskju gravei li jissorpassa vettura ohra f'parti tat-trieq li tostakolalu l-vizwali ghat-traffiku li jkun gej mid-direzzjoni opposta, u meta ghalhekk ma setghax ikun fi grad li jaghmel dak is-soprass b'sikurezza, hu hati ta' sewqan negligenti. Jekk l-ghemil tad-driver l-iehor, li mieghu gie f'kollizjoni, allura l-indagini dwar l-ghemil tad-driver l-iehor hija rilevanti anki f'sede kriminali, ghax f'kaz simili jigi logikament eskluz kulltort tad-driver imputat; imma jekk l-ghemil tad-driver l-iehor kien biss jammonta ghal negligenza kontributorja, allura d-driver imputat jibqa' l-istess kriminalment responsabbli. Dan, pero', ma jfisserx illi, meta d-drivers involuti jkunu gew processati t-tnejn kriminalment, u tirrizulta negligenza tat-tnejn, jew meta, komunkwe, tirrizulta "palam" in-negligenza tad-driver l-iehor, il-Qorti ma tistghux tiehu qies tan-negligenza kontributorja, anki f'sede kriminali, biex timmodera l-piena. Ir-rinunzja tal-parti offiza, meta tista' ssir, iggib l-improcedibbilita' tal-azzjoni kriminali; u ghalhekk il-kundanna fuq dawk l-imputazzjonijiet li gew rinunzjati ma hix sostenibbli; Il-Qorti ghandhatiddikjara fid-dispozittiv tas-sentenza ta' liema reat tkun qeghdha ssib hati lill-imputat, u t-tismija ncidentali ta' htijiet ohra fil-motivazzjoni ma tissoddisfax il-vot tal-ligi ta' dikjarazzjoni ta' reita' fid-dispozittiv, anki jekk ir-reat ikun assorbit f'iehor. F'kaz simili, normalment il-procedura tkun li l-Qorti tal-Appell tannulla "pro tanto" s-sentenza tal-Ewwel Qorti u terga tittratta" pro tanto" l-imputazzjoni relattiva. Sakemm ma hemmx att tal-akkuza, l-imputat hu dejjem imputat,u l-imputazzjoni hi imputazzjoni, u mhix akkuza. Wiehed jista' jitkellem fuq "akkuzat" meta jkun mahrug l-att tal-akkuza. Hija prattika tradizzjonali illi l-Attorney General jirrinvija l-atti tal-kumpilazzjoni lill-Qorti tal-Magistrati jew ghax ma jkunx jidhirlu li hemm reat ta' kompetenza superjuri imma jista' jkun hemm reat ta' kompetenza inferjuri, jew biex jinstemghu provi ohra, jew biex jigi rettifikat xi difett fl-Istruttorja, imma mhux biex reat li hu ta' kompetenza inferjuri jinbidelf'iehor ukoll ta' kompetenza inferjuri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info