Referenza: Volum 46D (1962), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 855

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/06/1962
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ANTHONY PORTELLI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"RES IPSA LOQUITUR" - HASS HAZIN - KOLLIZJONI - TRAFFIKU
Fil-Qosor
Li-speed eccessiv li bih ikun ghaddej driver bil-vejikolu minnu misjuq, li mbghad jigi f'kollizjonima vejikolu iehor u jikkaguna l-mewt ta' persuna li kienet riekba fl-istess karrozza mieghu, ma huxbizzejjed biex ikun ritenut bhala l-kawza, u l-hsara bhala l-effett, ta' dak li gara; imma hu ovvjuli, biex il-konducent jigi misjub hati tad-danni u tal-mewt li jirrizultaw mill-kollizjoni, jehtiegli jigi ndagat jekk kienx hemm ness bejn li-speed eccessiv bhala kawza u l-hsara prodotta bhala effett; u l-Qorti trid tkun soddisfatta li kien hemm dak in-nexus u li dak li-speed kien il-kawza prossima u immedjata tas-sinistru. Meta c-cirkustanzi jkunu tali li jipprezentaw kaz ta' "res ipsaloquitur", hu gravi l-obligu tad-driver li jispjega kif baqa' diehel gol-vejikolu li mieghu gie in kollizjoni. Sabiex l-iskuza ta' hass hazin repentin tista' tirnexxi favur id-driver li jallegaha, jehtiegli huwa jgib xi prova konfermatorja li almenu tixhet dubju ragjonevoli fuq l-assunt tal-Prosekuzzjoni tar-responsabbilita' kolpuza tieghu; iridu jirrikorru cirkustanzi precedenti u/jew kontomitanti, u/jew successivi, li jaghtu certa konsistenza lil dik in-nuda allegazzjoni, bhal ma' jista' jkun il-kaz ta' xi marda pre-ezistenti li tista' tipproduci telf improvviz tal-kuxjenza, jew xi disturb amottiv intern, jew talvotta xi stankezza straordinarja prolungata oltre l-limiti, salvi kwistjonijiet ohra.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni