Referenza: Volum 77 (1993), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 27

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/01/1993
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
MIFSUD BONNICI GIUSEPPE, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Partijiet
VINCENT VELLA ET NOE vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ARREST ILLEGALI - DAR - DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - IMGHAX - KOSTITUZZJONI - KUMPENS - LIBERTA' TAL-PERSUNA - SUSPETT RAGONEVOLI - TFITTXIJA ILLEGALI
Fil-Qosor
Kawza dwar vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Ir-rikorrent allega li kien gie arrestat illegalment u li kienet saret tfittxija illegali fuq ordni tal-Kummissarju tal-Pulizija. Fil-kors tal-kawza ir-rikorrent miet u l-gudizzju gie trasfuz fil-persuna ta' l-eredi tieghu. Il-Prim'Awla tal-Qorti Civili sabet favur ir-rikorrent u llikwidat kumpens bl-imghax mid-data tal-vjolazzjoni. Il-Qorti Kostituzzjonali rriformat biss fis-sens li l-imghax kellu jiddekorri mid-data tas-sentenza u ghall-kumplamnet ikkonfermat. Is-semplici fatt li l-Kodici Kriminali kien salvat bl-artikolu 47(7) tal-Kostituzzjoni ma jwassalx biex isalva l-agir ta' l-intimat meta dak l-agir mhux skond il-Kodici. Inoltre l-Qorti osservat li l-mewt tar-rikorrent f'azzjoni simili ma kienx iwassal ghat-telfien ta' l-azzjoni, billi d-dritt ghar-rimedju, konsistenti fil-kumpens ghall-vjolazzjoni sofferta, jghaddi f'idejn l-eredi. Tali rimedju, trattandosi ta' vjolazzjoni passata jikkonsisti f'kundanna ghall-hlas ta' kumpens f'forma pekunjarja. Dwar il-perkwisizzjoni l-Qorti rriteniet li kien obbligu ta' l-ufficjali li jordna tfittxija li jinforma lill-persuna inkwizita dwar il-perkwisizzjoni li jkunser jaghmel. Dwar l-arrest dan kien illegali billi ma kienx hemm suspett ragonevoli li kien jiggustifika tali pass.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni