Reference: Volume 46A (1962), Part No. 1, Section 1, Page 101

Judgement Details


Date
23/02/1962
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
PAOLO GALEA ET. vs GIUSEPPE AGIUS
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - ART. 34 TAL-KAP. 109. - BORD TAL-KERA - KWISTJONI TA' DRITT - LOKAZZJONI - SMIEGH MILL-GDID
Summary
Jekk ir-rikorrent jonqos li jidher ghat-trattazzjoni tar-rikors tieghu quddiem il-Bord tal-Kera, il-Bord ghandu jichad it-talba tieghu bl-ispejjez; salv id-dritt tar-rikorrent li jitlob li r-rikors tieghu jigi mismugh mill-gdid, kemm il-darba huwa jaghmel it-talba relattiva fi zmien sitt ijiem mis-sentenza li tkun cahdet it-talba tieghu, u jaghti raguni tajba ghas-sodisfazzjon tal-Bord biex jiggustifika n-nuqqas ta' dehra tieghu. Din it-talba ghas-smiegh mill-gdid tar-rikors tiddependi milli tinghata lill-Bord raguni tajba ghan-nuqqas ta' dehra, u d-decizjoni tal-Bord dwar jekk kienx hemm dinil-gustifikazzjoni ma tikkostitwix ebda determinazzjoni ta' xi punt ta' ligi li jirrendi dik is-sentenza appellabbli; b'mod illi dik is-sentenza tkun appellabbli mhux ghaliex il-Bord talvolta jkun ivvaluta hazin ir-raguni ta' fatt moghtija ghan-nuqqas ta' dehra, jew ghax il-Bord ikun ikkunsidra bhala gustifikazzjoni fatt li l-Qorti tal-Appell forsi ma kienetx kieku hekk tikkunsidra, imma jekk ikun jidher illi, meta ghamel dan, il-Bord ivvijola l-ligi jew ghamel interpretazzjoni zbaljata tal-ligi. Imma jekk ir-rikors ikun sar minn tnejn minn nies u wiehed minnhom biss ikun iggustifika n-nuqqas ta' dehra tieghu, u l-Bord ikun iddecieda illi mill-gustifikazzjoni ta' wiehed jibbenefika anki r-rikorrent l-iehor, b'mod li r-rikors jinstama' mill-gdid anki ghar-rigward tar-rikorrent li ma ggustifikax in-nuqqas ta' dehra tieghu, din id-decizjoni hija appellabbli. Decizjoni simili, pero', hijasewwa.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info