Reference: Volume 46A (1962), Part No. 1, Section 1, Page 16

Judgement Details


Date
26/01/1962
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., MAMO ANTHONY J.
Parties
EMMANUELE CASSAR vs ONOR. DR. GIORGIO BORG OLIVIER NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Summary
Il-fatt li l-appaltatur jaccetta t-terminazzjoni tal-appalt li jaghmel l-appaltant ma jipprekludix lill-appaltatur milli jitlob il-hlas tax-xoghol li jkun lahaq ghamel sa meta gie ntimat bit-terminazzjoni tal-appalt. Jekk mbaghad l-appaltant, wara li jittermina l-appalt, iqabbad appaltatur iehor biex ikompli x-xoghol li kien baqghalu jkompli l-ewwel appaltatur, u ghal din il-kontinwazzjoni tal-appalt jonfoq aktar milli kien jonfoq kieku l-appalt komplieh l-ewwel appaltatur, huwa ma hux intitolat inaqqas mill-hlas dovut lill-ewwel appaltatur ghax-xoghol li lahaq ghamel l-ammont li jkun nefaq aktar biex ezegwixxa x-xoghol b'appaltatur iehor, jekk hu ma jissoddisfax lill-Qorti li ghamel dak li ragjonevolment seta' jsir fic-cirkustanzi biex in-nefqa ma tkunx eccessiva fil-kaz. Divers ikun il-kaz jekk l-appaltant juri illi, minhabba ragunijiet ta' vera urgenza jew ragunijiet ohra validi, kien ragjonevolment kostrett li jaccetta jhallas il-prezz li nhallas. Dan ma jfisserx illi l-appaltant ma ghandux dritt ghall-ispiza ghola li nkorra fiha biex kompla l-appalt semplicement ghax il-prezz imhallas lit-tieni appaltatur kien ghola minn dak li kien miftiehem mal-ewwel appaltatur, imma jfisser biss illi l-appaltani ma ghandux dritt ghar-rifuzjoni ta' dak l-eccess minn ghand l-ewwel appaltatur ghaliex ma ppruvax bl-ebda mod li huwa ma setghax ragjonevolment jissodisfa l-bzonn tieghu ugwalment efficjentement, u skond ma kienu jezigu c-cirkustanzi , bi prezz orhos jew ugwali ghal dak tal-ewwel appaltatur. U dan avvolja bejn il-partijiet kien hemm il-ftehim illi l-appaltant ikollu d-dritt jezigi minn ghand il-kuntrattur jew jiddeduci mis-somma lilu dovuta d-differenza tal-prezz li jkun hallas biex jitkompla x-xoghol; ghax klawsola simili fil-kuntratt tal-appalt ma ghandhiex titfiehem fis-sens li l-appaltant jista' jhallas kull gholi ta' prezz hu x'inhu u huma x'inhuma c-cirkustanzi, u mbghad jitlob dak l-gholi minn ghand l-ewwel kuntrattur. L-appaltant ghandu dejjem l-obligu,inerenti ghan-natura stess tad-dritt tar-rifjuzjoni u insitu fit-teorija kollha tar-rizarciment tad-danni illi jissodisfa l-Qorti li ghamel dak li seta' ragjonevolment isir fic-cirkustanzi tal-kaz biex dawn id-danni ma jkunux eccessivi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info