Referenza: Volum 46A (1962), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 65

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/02/1962
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
MARIA DEBONO vs PHILIP DEBONO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ABBANDUN - ART. 48 U 4(2) TAL-KODICI CIVILI - RIPARAZZJONI PERSONALI
Fil-Qosor
Il-ligi tirrikonoxxi bhala wahda mill-kawzi li jiggustifikaw domanda ghas-separazzjoni personali l-abbandun minghajr gusta kawza. Imma l-ligi trid ukoll illi l-mara mizzewga ghandha tmur ma' zewgha kull fejn dan jidhirlu li ghandu jaghmel daru; u jekk il-mara tirrifjuta bla raguni tajba li ssegwiehfejn hu jiffissa r-residenza tieghu. Tista' hi stess tirrendi ruhha hatja ta' abbandun. Kwindi, jekk ir-ragel jallontana ruhu minn Malta u jistabbilixxi r-residenza tieghu f'pajjiz iehor, u dan jaghmlu mhux bil-propozitu li jittermina il-"consortium omnis vitae" ma' martu, u mhux bil-hsieb li jabbandunaha, anzi, wara li jistabbilixxi ruhu fil-pajjiz il-gdid, jitlobha li tmur mieghu f'dak il-pajjiz fir-residenza gdida tieghu, hu ma jirrendix ruhu hati ta' abbandun lejn martu. U lanqas ma jirrendi ruhu hati ta' abbandun jekk il-mara, wara li jkun baghat ghaliha, tkun irrifjutat li ssegwieh fil-pajjiz il-gdid u allura huwa ma jibghatilhiex aktar flus ghall-manteniment taghha u wkoll ma jiktbilhiex. F'cirkustanzi bhal dawn ma jirrizultax li kien hemm da parti tar-ragel abbandun fis-sens legali; u kwindi l-azzjoni tal-mara ghas-separazzjoni personali taghha minnu, bazata fuq il-motiv tal-abbandun, ma tidherx fondata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni