Reference: Volume 39A (1955), Part No. 1, Section 1, Page 118

Judgement Details


Date
07/03/1955
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
GIUSEPPE DEGUARA vs GIUSEPPE TRIOLO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 7 TA' L-ORDINANZA XVI TA' L-1944 - BOARD TAL-KERA - KOMPETENZA - LOKAZZJONI - RIGAL - RIPETIZZJONI
Summary
L-eccezzjoni illi l-illegalita' jew le ta' rigal moghti fl-okkazjoni ta' kirja ta' fond ma tistax tigi allegata qabel ma tkun dikjarata mill-Board tal-Kera tammonta ghall-inkompetenza jew nuqqas ta' gurisdizzjoni tal-Qorti li tiehu konjizzjoni ta' talba ghar-restituzzjoni ta' dak ir-rigal qabel ma tigi deciza l-kwistjoni ta' l-illegalita jew le ta' dak ir-rigal mill-Board tal-Kera. L-Ordinanza XVI ta' l-1944, wara li tipprojbixxi l-ghoti ta' rigali bhala kondizzjoni tal-kirja, taghti l-fakolta'lill-Qorti ta' gurisdizzjoni kriminali li tiddikjara hati lill-lokatur li jkun ircieva r-rigal u tordnalu jirrestitwieh lil min ikun tahulu. Din, pero', hi semplici fakolta', li ma teskludix il-kompetenza tat-tribunal ordinarju li jordna dik ir-restituzzjoni f'azzjoni civili. Xejn ma jiswa li normalment il-Ligi tal-Kera hi amministrata u applikata mill-Board tal-Kera; ghax it-tribunal civili ghandu l-poter japplika, mhux biss il-ligijiet ta' natura merament civili, izda anki ligijiet ta' natura diversa, kull darba li minn dawn il-ligijiet tohrog kwistjoni ta' natura privata bejn ic-cittadini. Ghaldaqstant, eccezzjoni simili mhix attendibili. Biex ikun hemm rigal jehtieg li jkun hemm almenu hlas ta' flus li jkun minbarra l-kera, u li dan il-hlas isir bhala kondizzjoni ta' l-ghoti, tigdid u issultat il-lokazzjoni. Jekk il-Qorti tkun sodisfatta li mill-provi ....... hemm ghoti ta' rigal, huwa l-kaz li l-Qorti tordna lill-kon... irodd dak ir-rigal lil min tahulu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info