Referenza: Volum 38E (1955), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 16

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/01/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
CARMELO SULTANA vs PETRONILLA BUGEJA NE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1277(1) (A) TAL-KODICI CIVILI - NULLITA' - PROMESSA TA` TRASFERIMENT TA` STABILI - RATIFIKA
Fil-Qosor
Il-ftehim li jkun fih weghda ta` trasferiment tal-proprjeta` ta` beni immobili, taht kull titolu lijkun, huwa null jekk ma jkunx sar b'att pubbliku jew bi skrittura privata. L-att pubbliku u l-iskrittura privata huma ezatti mill-ligi mhux "ad probationem tantum", imma "ad solemnitatem"; u n-nuqqastaghhom, jew ta` xi wiehed minnhom, jipproduci n-nullita` assoluta tan-negozju guridiku li ghalih dik is-solennita` hija mehtiega. B'mod li l-obligazzjoni involuta f'dak il-ftehim ma tistax tigi, lakonfermata, u lanqas ratifikata; u fuq dak il-ftehim ma tistax tintalab ebda ezekuzzjoni. Ftehim simili jibqa` null, u mhux suxxettibili ta` effetti guridici, anki jekk ikun avvolorat mill-fatt li l-fond pretiz li ghandu jigi trasferit b'ezekuzzjoni ta` dak il-ftehim, ikun jinsab materjalment u effettivament ghand min jippretendi li dak il-fond jigi lilu trasferit. Ghax ftehim simili ma ghanduxjigi konfuz mal-kaz ta` min ikun akkwista fond b'inkariku u fl-interess ta` haddiehor; billi fi ftehim simili minn jakkwista l-fond ikun akkwistah f'ismu; ghalkemm bi ftehim li wara ghandu jittrasferieh lil haddiehor.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni