Referenza: Volum 81 (1997), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 9

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/05/1997
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
MARIA MAGRO vs DIRETTUR TA` L-AKKOMODAZZJONI SOCJALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM - ORDNI TA' REKWIZIZZJONI - PROPRJETA' - RIMEDJU ALTERNATTIV
Fil-Qosor
Ir-rikorrent allega li kien qieghed jigi lilu miksur id-dritt fondamentali tieghu ta` proprjeta` kifukoll id-dritt ghal hajja privata tieghu, billi l-intimat Direttur kien hareg ordni ta` rekwizizzjoni biex jaghti protezzjoni lil min kien jabita fil-fond, proprjeta` tar-rikorrent. Dan il-fond kienmoghti b'cens u l-enfitewta kien dahhal nies go fih li sussegwentement id-Direttur ghazel li jipprotegi bil-hrug ta` l-ordni ta` rekwizizzjoi in kwistjoni. Il-Prim'Awla rrifjutat li tiehu konjizzjoni tal-kaz billi sabet li r-rikorrent kellu rimedji ohrajn fil-ligi ordinarja tal-pajjiz u ma kelluxghalfejn jirrikorri ghar-rimedju kostituzzjonali. Il-Qorti Kostituzzjonali rrevokat u rrinvijat. Il-Qorti rritjeniet li biex il-Qorti tiddeklina li tezercita` l-poteri taghha jehtieg li r-rikorrent kellu jew ghadnu disponibbli ghalih mezzi ta` rimedji taht xi ligi ohra. Tali mezzi ma kinux facilment accessibbli gahr-rikorrent, infatti kien hemm kazistika sostanzjali fejn il-Qrati ordinarji kienucahdu talba biex ordni ta` rekwizizzjoni jigi ddikjarat null billi mhux mahrug fl-interess pubbliku. Inoltre r-rimedju jrid ikun immirat u adegwat biex tigi rettifikata l-lanjanza kostituzzjonali.Mhux bizzejjed li fl-Att tkun tirrizulta procedura biex ordni ta` rekwizizzjoni jigi impunjat f'certi cirkostanzi, tali procedura trid tkun addattata u addottabli biex tassorbi u tasisti b'success il-motivazzjoni u l-kawzalijiet li fuqhom ir-rikors kostituzzjonali jkun msejjes.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni