Referenza: Volum 81 (1997), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 188

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/01/1997
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., MANCHE` ALBERT
Partijiet
CARMELO BUSUTTIL vs MARY GAUCI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RITRATTAZZJONI MINHABBA ILLEGITTIMITA', APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI, DISPOSIZZJONIJIET KONTRA XULXIN - SEJBIEN TA' DOKUMENT DECIZIV U ZBALL MANIFEST
Fil-Qosor
Fis-smigh mill-gdid ta' kawza jinhtiegu zewg stadji: l-ewwel li titnehha u tithassar is-sentenza ta'qabel (in rescindente); wara, li jsir is-smigh mill-gdid (in rescissorio). L-artikolu 811 (c) jippermetti ritrattazzjoni f'kaz ta' illegittimita' ta' xi wahda mill-partijiet. Din l-eccezzjoni - marbuta ma' l-inkapacita' li wiehed jagixxi fis-sens strettament guridiku - hi ghal kollox differenti minn dik li whud mill-partijiet mhumiex il-legitimi kontraditturi tar-ritrattant jew li whud mill-atturi ma kellhomx interess guridiku li jintavolaw l-azzjoni. Hu ormai pacifiku biex il-Qorti tiddecidi jekk ikunx hemm jew le applikazzjoni hazina tal-ligi ghal fini ta' ritratazzjoni ma ghandhomx jergghu jigu ezaminati u valutati l-fatti tal-kawza u ma jistghux dawn jergghu jigu interpretati. Hemmapplikazzjoni hazina tla-ligi fit-termini ta' l-artikolu 811 (e) mhux meta jkun hemm interpretazzjoni hazina tal-ligi applikabbli ghall-fatti imma biss meta ma tkunx giet applikata l-ligi gusta ghal dawk il-fatti. Is-subinciz 811 (i) jippermetti smigh mill-gdid fil-kaz fejn "fis-sentenza ikun hemmdisposizzjonijiet kontra xulxin". Din il-kontradizzjoni trid tirrizulta pero' fid-disposittiv tas-sentenza u mhux fil-konsiderazzjonijiet, anke jekk dawn ta' l-ahhar jistghu jkunu rilevanti biex jitfghu dawl u jidentifikaw tali kontradizzjoni. L-artikolu 811 (k) jaghti lok ghal smigh gdid jekk wara s-sentenza "ikun instab dokument deciziv li l-parti li ggibu ma kinitx taf bih, inkella li bil-mezzi li taghti l-ligi ma setghetx iggibu ma kinitx taf bih, inkella li bil-mezzi li taghti l-ligi ma setghetx iggibu qabel dik is-sentenza". Ghalhekk mhux bizzejjed li r-ritrattant jipprova li kien fl-impossibilita' li jipproduci d-dokument; irid ukoll jissodisfa lill-Qorti li hu kien ipprova jakkwistah bil-mezzi kollha ghad-disposizzjoni tieghu. Fl-ahharnett l-artikolu 811 (l) jipprovdi ghal ritrattazzjoni f'kaz li s-sentenza kienet effett ta' zball li jidher mill-atti. Pero' dan l-izball "jehtieg li jkun manifest u li jkun iddetermina d-decizjoni i.e. li s-sentenza vvizzjata b'dak l-izballma tistax tigi sanata minn xi ragunamenti ohra indipendenti minn dik zbaljata" skond l-gurisprudenza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni