Referenza: Volum 33A (1947), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 51

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/04/1947
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, GANADO E., CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
JOSEPH CILIA vs ENRICO LOSCO ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"AVAILABLE ACCOMMODATION" - ART. 2 U 10 TA' L-ORDINANZA XXI TAL-1931 - BOARD TAL-KERA - DRITT DIVERS MINN DAK DEDOTT - G.N. 327/1945 - HANUT - LOKAZZJONI - RIPREZA TA' PUSSESS - UFFICJU KUMMERCJALI
Fil-Qosor
Il-Board tal-Kera jista' jiehu konjizzjoni ta' talba anki jekk il-motiv li fuqu sejjer jippronunzjaruhu, u li jista' jsostni l-istess talba, ma jkunx dak precizament dedott: u ghalhekk, talba quddiemdak il-Board ghar-ripresa tal-pussess ta' fond li tkun bazata fuq il-motivi ta' sullokazzjoni jew ta' tibdil fid-destinazzjoni tal-fond da parti ta' l-inkwilin, tista' tigi ezaminata u deciza fuq motiv iehor allegat fit-trattazzjoni tal-kawza li jaghti d-dritt ghar-ripreza tal-pussess ghax il-"hardship" tal-lokatur ikun akbar minn dak ta' l-inkwilin. Fond mikri bhala ufficcju kummercjali ma jaqax taht in-nomenklatura ta' hanut fis-sens tal-Ligi tal-Kera. Meta l-fond mhux uzat ghall-abitazzjoni, it-talba tal-lokatur ghar-ripreza tal-pussess ma taqax taht in-Notifikazzjoni tal-Gvern nru. 327ta' l-1945, imma taht l-artikolu 10 ta' l-Ordinanza XXI ta' 1931 kif emendat bl-Ord. XXI ta' l-1942.L-ezistenza ta' l-"available accommodatin" mhix kondizzjoni "sine qua non" ghal-laqgha tat-talba tal-lokatur jekk il-"hardship" ta' dan ikun akbar meta t-talba tigi michuda milli ikun dak ta' l-inkwilin jekk it-talba tigi milqugha. Ufficcju kummercjali fejn tinzamm xi merkanzija ma jsirx b'hekk "storage" jew mahzen; izda jibqa' ufficcju sakemm ma jsirx bejgh minn dak il-post.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni