Referenza: Volum 48C (1964), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 816

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/02/1964
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI EDWARDO
Partijiet
FRANCESCO ABELA vs FRANK GERA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
INDIVISIBILITA` U SOLIDARJETA` TAC-CENS - RESTITUTIO IN INTEGRUM
Fil-Qosor
Sakemm il-koenfitewsi tal-istess fond enfitwetiku ma jigux mill-padrun dirett liberati mill-indivisibilta` u solidarjeta` tal-kanone, u ma jigux minnu separatament rikonoxxuti, l-obbligazzjoni taghhomghall-pagamenti tac-cens hija indivissibbli u solidali. Inoltre minhabba l-element tas-solidarjeta` l-enfitewta`, f'kawza ta` devoluzzjoni, mhux ammess jitlob il-kjamata fil-kawza tas-subenfitewta morus, salf favur tieghu kwalunkwe dritt ta` regress kontra l-koobbligati. Din is-solidarjeta` taghti d-dritt lil kull kreditur li jaghzel lil min irid mid-debituri solidali biex jdur fuqu ghall-hlas.Il-figura guridika tar-"restitiutio in integrum" mhix espressament kontemplata mill-ligi taghna ugiet dejjem konsidrata bhala dak l-att li permezz tieghu, ghall-motivi ta` ekwita` u in forza ta` kawza legittima jigi rizolut kuntratt li jkun strettament validu skond il-ligi, izda jkun ta` hsara lit-terza persuna li kienet tkun generalment minuri. Hu pacifiku fil-gurisprudenza taghna sa mis-seklu li ghadda li biex tigi akkordata ir-restituzzjoni " in intero" irid ikun hemm giusta kawza. F'kazta` maggorenni ir-"restitutio" ma tinghatax jekk min jitlobha ma jipprovax li min gie ingannat u d-drittijiet tieghu lesi. Din il-lezjoni trid tkun tikkonsisti f'dannu reali u posittiv. Dan il-beneficcju ma jistax jigi invokat minn min b'fatt tieghu propju ikun iddedikada minn xi dritt. Fl-ahharnett ukoll il-Qorti tafferma il-principju li r-rimedju ekwitattiv tal-azzjoni tar-"Restitutio in Integrum" ma jigix koncess lin-negligenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni