Reference: Volume 49C (1965), Part No. 2, Section , Page 604

Judgement Details


Date
07/01/1965
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA CURRAN MAURICE
Parties
IL-PULIZIJA vs GANNI CAMILLERI, ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"DOCTRINE OF SEVERABILITY" - "DOCTRINE OF STRICT NECESSITY" - "ENABLING LAW" - "HUMAN RIGHT" - "PUBLIC ORDER" - "PUBLIC SAFETY" - "ULTRA VIRES" - ART. 14, 15 TAL-KOSTITUZZJONI TAL-1961 - ATT TA' REFERENZA - DISKRIMINAZZJONI - DISTINZJONI BEJN "MEETING U "DIMOSTRAZZJONI" - DRITT AKKWEZIT - LIBERTA' TA' ESPRESSJONI - LIBERTA' TA' GHAQDA U ASSOCJAZZJONI - PROKLAMA NRU. III TAL-15 TA' SETTEMBRU, 1964 - VALIDITA' KOSTITUZZJONALI TA' PROKLAMA
Summary
Din il-Qorti ghandha gurisdizzjoni originali esklussiva ta' Qrati ohrajn fuq punti li jirrigwardaw il-"human rights". Ghalhekk il-Qorti tal-Magistrati f'kawza kriminali wzat il-procedura korretta taht l-artikolu 16(3) tal-Kostituzzjoni tal-1961 meta rreferiet ghad-decizjoni ta' din il-Qorti l-puntdwar il-validita' kostituzzjonali ta' Proklama, wara li dehrilha li l-eccezzjonijiet ta' l-imputat (li Proklama kienet kontra xi drittijiet fondamentali tal-bniedem u "ultra vires") ma kenux frivoli wvessatorji. Il-Qorti applikat il-Kostituzzjoni tal-1961 u mhux dik tal-1964 ghal dak li jirrigwarda l-materja ta' sostanza w dana b'applikazzjoni tal-massima "Omnis nova constitutio futuris formam imponere debet non practeritis", fis-sens li l-ligi l-gdida m'ghandhiex tfixkel drittijiet akkwezitijew "vested rights" specjalment meta si tratta ta' "human right". F'kaz fejn tigi attakkata l-validita' kostituzzjonali ta' Proklama, ma hux necessarju li qabel issir l-impunjazzjoni tal-"enabling law" relattiv. Hemm distinzjoni netta bejn "meeting" u dismostrazzjoni. B'applikazzjoni tad-"doctrine of stric necessity" u d-"doctrine of severability", il-Qorti ghandha tara u tiddeciedi biss dawk il-punti li huma ta' interess ghall-Qorti li rreferitilha l-kaz. Il-Projbizzjoni ta' dimostrazzjonijiet tista' tifforma bazi ta' lanjanza taht l-art. 14 u 15 tal-Kostituzzjoni tal-1961 ghax il-liberta' ta' espressjoni tikkompenetra ruhha ma' l-ohra tal-assemblea; pero' dawn id-drittijiet ma humiex assoluti imma restringibbli, fost ragunijiet ohra, ghar-ragunijiet ta' "public safety" jew "public order". Kondotta provokatorja, anke bi kliem jew gesti biss ta' partitarji kontra partitarji ohra lijkunu qed jiccelebraw xi festa tikkostitwixxi ksur ta' ordni pubbliku.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info