Referenza: Volum 78 (1994), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 26

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/01/1994
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH
Partijiet
CARMEL ZAMMIT vs ANTHONY SULTANA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DISTANZI LEGALI - FTUH TA' APERTURI - INTERPRETAZZJONI LEGALI
Fil-Qosor
Il-konvenut ma osservax id-distanza legali msemmija fl-art. 443 tal-Kap. 16 meta fetah it-twieqi fuqin-naha ta' wara tal-bini tieghu. Pero' l-vizta ta' dawn l-aperturi hija lateralment maghluqa permezz tal-hajt divizorju. L-interpretazzjoni tal-ligi ghandha dejjem tkun marbuta mal-finalita' taghha. M'ghandhiex tigi interpretata b'mod assurd u bla sens u lanqas b'mod li taghti lok ghall-vessazzjoni bla raguni b'applikazzjoni letterali li qatt ma setghet kienet fil-hsieb tal-legislatur. Hu ovvju li l-ligi tobbliga lis-sid li ma jiftahx twieqi vicin tal-hajt divorzju biex jassigura li ma jkunx hemm introspezzjoni fuq il-gar jew li jigi lilu kreat inkonvenjent iehor minhabba vicinanza zejda. Jekk tali vicinanza ma tkunx fizikament possibbli minhabba l-mod kif tkun saret il-kostruzzjoni l-ligi m'ghandhiex tkun interpretata b'mod li timponi fuq is-sid limitazzjoni fi-tgawdija ta' hwejgu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni