Referenza: Volum 80 (1996), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 33

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/02/1996
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Partijiet
CHARLES SPITERI ET NOE vs CHAIRMAN TA' L-AWTORITA' TA' L-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL MINN - AVVIZ TA' TWETTIQ - AWTORITA' TA' L-IPPJANAR - BORD TA' L-APPELL DWAR L-IPPJANAR - DECIZJONI TA' - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM - GURISDIZZJONI - INDIPENDENTI - LIGI - PROCEDURI KRIMINALI - PUNT TA' - SMIGH XIERAQ - TRIBUNAL IMPARZJALI
Fil-Qosor
Ir-rikorrent kien gie nnotifikat b'avviz ta' twettiq dwar bini li kien sar qabel ma dahal in vigorel-Att dwar l-Ippjanar ta' l-1992. Ir-rikorrent kien ukoll ghaddej proceduri kriminali minhabba l-fatt ta' dan il-bini. Ir-rikorrent kien appella mill-avviz ta' twettiq imma l-Bord ta' l-Appell dwarl-Ippjanar kien iddecieda li ma kellux gurisdizzjoni. Ir-rikorrent allega li kienu ser jigu vvjolati d-drittijiet fondamentali tieghu ghal smigh xieraq quddiem Tribunal imparzjali u indipendenti jekkl-avviz ta' twettiq jigi esegwit qabel id-decizjoni tal-Qorti tal-magistrati u li l-poteri ta' l-Awtorita' kienu lezivi ta' l-istess dritt. Il-Prim' Awla tal-Qorti civili laqghet it-talba in kwantuordnat li ma jkunx hekk esekuzzjoni ta' l-avviz tat-twettiq qabel id-decizjoni tal-Qorti tal-Magistrati u cahdet it-talbiet l-ohra tar-rikorrent. Il-Qorti Kostituzzjonali kkonfermat. Il-Qorti Kostituzzjonali ddecidiet li l-avviz tat-twettiq kien soggett ghall-gurisdizzjoni tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar. Ghalhekk id-decizjoni tal-Bord li ma kellux gurisdizzjoni kienet skorretta u minn dik ir-rikorrent messu appella quddiem il-Qorti ta' l-Appell billi kien hemm punt ta' ligi involut. Ghalhekk kien il-kaz li l-Qorti tiddeklina li tezercita l-gurisdizzjoni taghha billi r-rikorrent kellu rimedju li ma avvaliex ruhu minnu. B'dan kollu dan ma kienx jimmilta mar-ragunament ta' l-ewwel Qorti li wasslitha biex tordna li l-avviz tat-twettiq ma jigix esegwit qabel id-decizjoni tal-Qorti tal-Magistrati. Ghalhekk dan l-ordni tal-Prim' Awla gie kkonfermat mill-Qorti Kostituzzjonali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni