Reference: Volume 80 (1996), Part No. 1, Section , Page 85

Judgement Details


Date
22/02/1996
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
ARRIGO NOEL V., AGIUS CARMEL A., SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
PAUL STONER ET vs L-ONOREVOLI PRIM MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
BARRANI - CITTADINI MALTI - DISKRIMINAZZJONI - DRITT GHALL-FAMILJA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM - LIBERTA` TA` MOVIMENT - MARA TA` - RAGEL TA` - SESS
Summary
Ir-rikorrent Paul Stoner kien barrani, mizzewweg ir-rikorrenta l-ohra ta` nazzjonalita` Maltija. L-intimati kienu qeghdin jesigu li Paul Stoner ihalli l-Gzejjer Maltin. Ir-rikorrenti allegaw li 'danl-intimati kienu qeghdin jiddiskriminaw kontra taghhom a bazi ta` sess. Il-Prim` Awla tal-Qorti Civili ddecidiet li kienu gew lezi dawn id-drittijiet fondamentali fil-konfront tar-rikorrenti. Il-Qorti kostituzzjonali kkonfermat. Il-kwistjoni kollha kienet tverti fuq id-dritt tar-rikorrent Paul Stoner ghal-liberta` ta` moviment. Skond il-Kostituzzjoni l-mara ta` cittadin Malti tgawdi l-liberta` ta` moviment daqslikieku hi stess kienet cittadina Maltija. ma jistax jinghad l-istess haga fil-kaz tar-ragel ta` mara Maltija, dan ma jgawdix, skond il-Kostituzzjoni, il-liberta` ta` moviment. Dan it-trattament differenti li taghmel il-Kostituzzjoni fir-rigward tal-mara u tar-ragel ta` cittadina Maltija jammonta ghal diskriminazzjoni fuq bazi ta` sess. Id-diskriminazzjoni kienet tolqot negattivament liz-zewg rikorrenti - lir-ragel ghaliex id-dritt ghal-liberta` ta` moviment kienu lilu nnegati fuq il-bazi tas-sess tieghu u lill-mara, billi din kienet qieghda tigi svantaggjata fil-konfrontta` rgiel Maltin li jizzewgu nisa barranin. Lanqas seta jinghad li tali diskriminazzjoni kienet gustifikata bhala ragovoli f'socjeta` demokratika. X'inhu ragonevoli f'socjeta` demokratika ghandu jitkejjel fil-qafas u sfond storiku tal-mument. Wara l-bdil fil-kostituzzjoni u fil-ligi tal-famlja ma setax jinghad li tali distinzjoni bejn il-mara u r-ragel kienet izjed ragonevoment permissibbli f'socjeta` demokratika. ghalhekk il-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat l-artikolu 44 (4) (c) in kwantu jeskludu mil-liberta` tal-moviment ir-ragel barrani ta` mara Maltija, diskriminatorju, mhux konformimal-Kostituzzjoni u leziv tad-drittijiet fondamentali tar-rikorrenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info