Reference: Volume 80 (1996), Part No. 1, Section , Page 66

Judgement Details


Date
21/02/1996
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Parties
ANTOINE TAGLIAFERRO ET vs ONOR PRIM MINISTRU
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM - DRITTIJIET U OBBLIGI CIVILI - KONVENZJONI EWROPEJA - KOSTITUZZJONI - KUMMISSJONI GHALL-INVESTIGAZZJONI TA` L-INGUSTIZZJI - RIMEDJU - SMIEGH XIERAQ - TRIBUNAL
Summary
Ir-rikorrenti, impjegati ta` bank, kienu gabu l-ilment taghhom quddiem il-Kummissjoni ghall-Investigazzjoni ta` l-Ingustizzji. Wara li l-Kummissjoni kienet sabet li kienet saret ingustizzja maghhom,il-Prim Ministru kien impedixxa li dak ir-rapport jigi implimentat. Ir-rikorrenti lmentaw li kienuqeghdin jigu miksura fil-konfornt taghhom id-dritt ghal smigh minn tribunal indipendenti u imparzjalkif ukoll id-dritt ghar-rimedju. Il-Prm'Awla tal-Qorti Civili cahdet it-talbiet tar-rikorrenti billi sabet li l-Kummissjoni ma kinitx Tribunal indipendenti u imparzjal kif ukoll id-dritt ghar-rimedju. Il-Prim'Awla tal-Qorti Civili cahdet it-talbiet tar-rikorrenti billi sabet li l-Kummissjoni ma kinitx Tribunal fis-sens volut mill-Kostituzzjoni u mill-konvenzjoni Ewropeja dwar id-drittijiet tal-bniedem. Il-Qorti Kostituzzjonali kkonfermat. Id-decizjoni tal-Kummissjoni ghall-Investigazzjoni ta` l-Ingustizzji ma tiddeterminax l-ebda dritt jew obbligu fil-konfront tac-cittadin izda tinvestigabiss jekk id-decizjoni amministrattiva, indipendentement minn dan id-dritt jew obbligu, jekk jezisti, kinitx influwenzata minn xi pregudizzju li jkun allura mmotivata d-decizjoni taghha b'mod li tigikkreata diskriminazzjoni jew eskluzjoni li twassal ghall-ingustizzja. Ir-rimedju li taghti l-ligihu li l-Kummissjoni taghmel rakkomandazzjoni li tigi rettifikata ingustizzja riskontrata u mhux li jigi reintegrat xi dritt ivvjolat. Il-Prim Ministru ghandu diskrezzjoni insindakabbli sakemm ezercitata entro l-parametri tal-ligi, li jilqa` dik ir-rakkomandazzjoni jew jirrifjutaha. Ghalhekk il-Kummissjoni mhix organu gudizzjarju li jiddetermina drittijiet u obbligi, u d-decizjoni tal-Kummissjonima tikkreax drittijiet fil-persuna li tkun gabet l-ilment taghha quddiemha. Konsegwentement ir-rekwiziti Kostituzzjonali u tal-Konvenzjoni ewropeja dwar smigh xieraq ma japplikawx ghall-proceduri quddiemha u ghad-decizjoni taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info