Reference: Volume 80 (1996), Part No. 4, Section 1, Page 6

Judgement Details


Date
19/01/1996
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs EUGENIO SIVE GENIO GAFFARENA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AGENT PROVOKATUR - ENTRAPMENT - INDIRIZZ
Summary
L-agent provokatur, l-informer, jew dak li jkun, jista' skond ic-cirkostanzi tal-kaz, jigi kkunsidrat komplici u ghalhekk ix-xhieda tieghu tista' tigi kkonsidrata u ttrattata fid-dawl ta' dak li tipprovdi l-ligi taghna dwar ix-xhieda tal-komplici u l-htiega tal-korroborazzjoni. L-iskop tal-Pulizijau ta' l-agent provokatur utilizzat jista' jaghti l-kaz li jkun fost l-aktar morali u nobbli immaginabbli pero', ghall-fini tal-Qorti ta' gurisdizzjoni kriminali, hu totalment irrilevanti ghall-posizzjoni guridika vera li kif hu saput fid-dottrina tiddependi mill-objettivita' guridika tar-reat u mhux mill-mottiv. Jekk pero' hu veru, li l-ligi taghna ma tezonerax lill-agent provokatur mir-responsabbilita' krimanili li jista' jinkorri fiha, daqstant iehor m'hemmx ikkontemplata fil-ligi taghna xiezenzjoni mir-responsabbilita' kriminali ghal min jikkommtti reat taht l-istigazzjoni ta' agent provokatur tal-pulizija, sakemm hu ppruvat li dak li jkun, ikun agixxa xjentement. Il-bniedem hu prezunt mil-ligi li jintendi u jrid dak li jaghmel u l-ezenzjoni mir-responsabblita' kriminali hi relatatabiss ma' l-incapacita' di intendere e' di volere, ma' certu tip ta' bonafede, mal-kuncett ta' coercion (vide artikolu 33 (b) tal-Kap. 9), mal-kuncett f'certu sens limitat ta' necessistas, mad-dritt tal-legittima difiza u mal-kuncett tas-subjezzjoni civili f'sens limitat hafna u ma xejn izjed. Il-Qorti ta' l-Appell Kriminali ma tistax issib bazi legali fil-limit tas-sistema taghna li bih galadarba li persuna "intrappolata" tkun agixxiet xjentement, tikkunsidra bhal li kieku ma ghamlet xejn hlief fejn l-ingann ikun tali li jinducih jahseb li qed jaghmel xi haga tajba u utili minflok att ta' vjolazzjoni ovvja tal-ligi. Fis-sistema taghna ma tezistix il-possibbilita' li persuna li tkun ikkommettiet reat ghaliex imhajra, istigata, ikkmandata minn haddiehor, tkun ezenti mir-responsabbilita' kriminali, jekk tkun agixxiet xjentement u ma tikkwalifikax taht xi ezenzjoni ohra minn dawk imsemmija. Wiehed ma jistenniex li fl-indirizz ta' l-Imhallef lill-gurati jkun hemm diskwizizzjonijiet legali fini, sottili, fit-tul u kkomplikati ghaliex altrimenti, dan minnu nnifsu mhux biss hu kontro-indikat imma anke huwa indesiderabbli peress li aktar jista' jwassal ghal tahwid f'mohh il-gurati millighal haga ohra.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info