Reference: 1720/1993/1

Judgement Details


Date
20/06/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
CHETCUTI SIMON vs MIZZI ALEC ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, DISKREZZJONI TAL-QORTI FL-APPLIKAZZJONI TAL-METODU ADOTTAT F`BUTLER V. HEARD - DANNI, RESPONSABILITA` GHAL INCIDENT FEJN IMPJEGAT IKUN WEGA` FUQ XOGHOL LI MA JKUNX TIEGHU - DANNI, RESPONSABILITA` TA` MIN IHADDEM - DANNI, SAFE SYSTEM OF WORK - DANNI, TNAQQIS GHAL LUMP SUM PAYMENT
Summary
Il-gurisprudenza nostrali titfa' oneru qawwi fuq l-employer li jara li l-impjegati tieghu ma jigrilhomx hsara fuq il-lant tax-xoghol. L-employer irid mhux biss jipprovdi lill-haddiema b'safety equipment, izda irid jassigura li dak l-equipment jintuza. Irid ukoll jipprovdi dak li hu imsejjah "a safesystem of work", u din is-sistema trid tiehu in konsiderazzjoni "l-atmosfera fil-post tax-xoghol , id-diffikultajiet li jsib il-haddiem fil-kors tax-xoghol tieghu, il-hinijiet twal, l-ghaggla fix-xoghol, nuqqas ta' ghajnuna minn haddiema ohra li jkunu inkarigati biex jahdmu mieghu fuq dan ix-xoghol.

Il-fatt li, fil-passat, qatt ma inqalghu problemi jew ilmenti, ma jfissirx li s-sistema adoperata kienet safe: "The fact that the system adopted has been in use for years without incident, isnot proof that the system is safe; the accident in question justifies this".

Ghalkemm il-haddiem ghandu juri certa flessibilita' fix-xoghol tieghu dan ma jfissirx li ghandu jitqabbad jaghmel xoghol li mhux adattat ghalih. Meta sid iqabbad haddiem biex jaghmel xoghol li mhux dak normali tieghu, irid jara mhux biss li l-haddiem hu kapaci jaghmel dak ix-xoghol, izda jassigura li dak ix-xogholma jinvolvix pattern ta' hidma li l-haddiem mhux imdorri ghalih, ghax bidla radikali u f'daqqa fix-xoghol tal-haddiema jista' jkollha konsegwenzi serji.

Gie ritenut li s-sistema tal-komputazzjoni adottat f`Butler v. Heard ghandu jibqa jigi segwit "bhala bazi", b'dan, pero', li fl-applikazzjoni ta' dan il-metodu bhala bazi, il-Qorti, minn zmien ghal zmien, ghandha tkun lesta skond ic-cirkostanzi tallarga l-applikazzjoni ta' din is-sistema b'mod li jressaqha aktar biex taghmel gustizzja ahjar specjalment f'sistema bhal taghna li salum ghad ma jikkontemplax la danni morali kif anqas danni ghal "pain and suffering".

Meta kawza iddum ma tigi deciza, il-Qrati taghna hassew li t-tnaqqis ta` 20% li jsir in konsiderazzjoni tal-fatt li jkun qed isir lump sum payment ghandu jonqos jewaddirittura ma ssir ebda tnaqqis. Hawnhekk gie ritenut li dan il-percentagg ghandu jonqos bi 2 fil-mija (2%) ghal kull sena li kwistjoni ddum ma tigi determinata, b'mod li wara ghaxar snin, dan it-tnaqqis ma jsehhx. Ovvjament, kull kaz ikollu l-fattispece tieghu u jistghu jezistu cirkostanzi (bhaldewmien fil-kawza tort ta' l-istess attur) li jirrelataw kontra din is-sistema.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info