Referenza: 289/2015

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/03/2016
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
GRIMA EDWINA
Partijiet
IL-PULIZIJA vs FERRIS RAYMOND
ECLI
ECLI:MT:AKI:2016:99730
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Illi dan kien kaz dwar koprruzzjoni ta' ufficjal pubbliku. Il-Qorti qalet li b'referenza ghad-dicitura tal-ligi applikabbli b'referenza partikolari ghal 115(1)(b) rat illi d-definizzjoni ta' korruzzjoni hija wiesa hafna u tkopri diversi aspetti fosthom li persuna tircievi jew taccetta rigal jew wedgha, jew offerta ta' xi rigal fi flus jew f'utli iehor, jew ta' xi vantagg iehor, kemm ghalih jew ghall-haddiehor ghal liema flus jew rigal jew offerta ecc ma jkollux jedd. Illi kemm mill-verzjoni lita' George Farrugia kif ukoll mill-verzjoni ta' Raymond Ferris jirrizulta ben car illi kien hemm kemm rigal favur terzi kif ukoll offerta min-naha jew min-ohra jew ta' flus jew vantagg iehor. Di piu l-ewwel Qorti fid-decide taghha ikkonfermat li l-akkuzat kien ufficjal pubbliku apparti li minn dak li jirrizulta u cioe fid-dawl ta' dak illi wassal ghal dan-inkontru illecitu, indubjament hu ma kellul-ebda jedd ghalihom. Apparti minn hekk u b'referenza ghall-artikolu 115(1)(b) li hija l-iktar subartikolu applikabbli ghal dan il-kaz, huwa bizzejjed li dan il-hlas, wedgha jew offerta tigi accettata anki jekk din effettivament ma timmaterjalizzax. Issa kemm mill-istqarrija kif ukoll mix- xhieda ta' George Farrugia u Raymond Ferris u differenti minn dak li stqarret l-ewwel Qorti fis-sentenza taghha, l-appellat accetta c-centrijiet u zammhom ghandu sakemm ghadda l-process tal-aggudikazzjoni u mhux bhala rigali tal-Milied. Tant hu hekk li Ferris stess jipprova jigustifika l-agir tieghu billi jghid li beda jtella u jnizzel x'ser jaghmel b'dawn ir-rigali li hu kien jaf kienu intenzjonati ghall-haddiehor u dan skond il-ftehim ezistenzi ma George Farrugia. In oltre mill-istqarrija lanqas bissjaghti d'intendere li kien perpless b'li kien qed jigri allegatament izda minflokk jghid li hadhom uli qal lil George Farrugia li kien ser jara x'jista jaghmel. Ergo ma qallux le, jew ma halliex ic-centrijiet f'idejn George Farrugia kif kull persuna ta' subghajh dritt kien jaghmel. Lanqas ma jidherli ntuzat xi forza barranija fuq Raymond Ferris minn George Farrugia biex igieghlu johodhom. Di piunafu wkoll li f'entrambe ix-xenajri apparti c-centrijiet kien hemm l-offerta ta' flus fil-verzjonita' George Farrugia u l-offerta ta' xoghol attrajenti fil-verzjoni ta' Raymond Ferris li ma jindikaxli rrifjuta din l-offerta vantagguza. Apparti min hekk huwa interessanti li jigi nnutat li Ferris stenna li jghaddi l-agudikazzjoni tat-tender biex mar ipartat dawn ic-centrijiet meta dan ma jaghmilxsens jekk dawn kienu semplici rigali tal-Milied kif indikat l-ewwel Qorti u wisq iktar turi li kienben konsapevoli tal-iskop taghhom mill-bidu nett. Kwindi huwa car u evidenti li l-elementi tal-korruzzjoni kollha kienu jissusistu fir-rigward tal-akkuzat irrispettivament ta' liema verzjoni titwemmen.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni