Reference: 825/1999/1

Judgement Details


Date
24/04/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
AGIUS CARMEL A.
Parties
MICALLEF PHILIP ET vs DRAGO AIC GODWIN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
APPELL MINN DECIIZJONI TAT-TRIBUNAL GHAT-TALBIET IZ-ZGHAR - ARTIKOLU 8 (2) TAL-KAP 380
Summary
Bl-ewwel aggravju tieghu, l-appellanti qieghed jissolleva n-nullita' tas-sentenza appellata minhabbal-fatt il t-Tribunal ikkonkluda fatti dwar eccezzjoni in linea preliminari da parti tal-appellantiodjerni li kienu inezistenti. Din il-Qorti ezaminat l-atti processwali, partikolarment ghal dak lijirrigwarda din l-allegazzjoni tal-appellanti, ezaminat ukoll is-sentenza appellata u ma tarax li tista' taqbel li hu l-kaz li tghid li t-Tribunal ikkonkluda fatti dwar eccezzjoni in linea preliminari tal-appellanti odjerni li kienu inezistenti. Ghalhekk dan l-ewwel aggravju fi kwalunkwe kaz mhuxsostnut.

Bit-tieni aggravju l-appellanti wkoll jimpunjaw il-validita' legali tas-sentenza appellata billi jissottomettu li t-Tribunal mar “ultra vires” f'dak li kien mitlub biex jiddeciedi fuqu. Il-Qorti ma tarax li tista' taqbel ma' dak li qed jissottometti l-appellant. Ma hemm xejn x'jindika li t-Tribunal mar “ultra vires” dak li gie mitlub jiddeciedi fuqu bl-att promotorju.

Fit-tielet lok l-appellant ghandu aggravju iehor li jirrigwarda l-inkompetenza, skont hu, tat-Tribunalli ddecieda aspetti legali li skont il-Ligi m'huwiex kompetenti li jiddeciedi, u ghalhekk, a bazi ta' dan, is-sentenza appellata hija, skont l-appellanti, nulla, invalida u ineffettiva.

L-appellant imbaghad ghandu wkoll aggravju iehor li, skont hu, huwa pedissekwu ghall-ewwel tlett aggravji tieghu fis-sens li huma gew ikkundannati jhallsu l-ispejjez minhabba illi t-Tribunal fehem kollox hazin, mar ultra vires, u anke applika principji li ma messux applika, u oltrapassa l-kompetenzagurisdizzjonali tieghu u, bhala rizultat, huma, issa, assumendo li ghandhom ragun fuq l-ewwel tlettaggravji, m'ghandhomx jigu kundannati jbatu spejjez.

Ghaliex dan ghandu jkun aggravju separat u jigi trattat separat u mhux propost bhala appendici ghat-talba finali, din il-Qorti ma tifhimx, pero' fi kwalunkwe kaz, una volta qed jigi deciz li l-appellanti m'ghandhomx ragun fuq l-ewwel tlett aggravji, isegwi li lanqas ma jista' jkollhom ragun fuq dan ir-raba aggravju li wkoll qed jigi respint.

Ghal dak li hu l-hames aggravju, u li jirrigwarda l-kontro-talba taghhom fi prim'istanza, l-appellanti jaghmlu sottomissjonijiet twal u pjuttost estensivi, intizi biex jattakkaw id-decizjoni tat-Tribunal inkwantu dan cahdilhom il-kontro-talba taghhom. In effetti pero' m'hemm xejn ta' sustanza li jinnewtralizza dak li, a bazi tieghu, l-Ewwel Qorti cahdet il-kontro-talba tal-appellanti - partikolarment il-fatt li huma naqsu milli jaghmlu l-provi li kienu rikjesti biex, se mai, il-kontro-talba taghhom tkun tista' tintlaqa' si et quatenus.

Is-sitt aggravju tal-appellanti,skont huma, jirrigwarda l-manjiera ta' kif it-Tribunal iddecieda fuq it-talbiet tal-atturi appellati minghajr ma segwa l-procedura, u kwindi holoq konfuzjoni fis-sens li nghatat sentenza kompleta uin vjolazzjoni tad-drittijiet taghhom. Huma jallegaw a propositu, li gie vjolat il-principju tal-audi alteram partem fil-konfront taghhom, u jissottomettu wkoll illi t-Tribunal kien messu l-ewwel iddecieda fuq l-eccezzjonjiet in linea preliminari, imbaghad jara l-partijiet x'kien be hsiebhom jaghmlu biex eventwalment hu, it-Tribunal jibda jisma' l-provi fil-mertu. Din hi sottomissjoni, u aggravju, ghal kollox bla valur. Ma kien hemm xejn x'jindika illi t-Tribunal kellu jaghmel dak li qed jitlob l-appellant.

F'dan l-isfond hu ovvju li ma tezistix bazi li fuqha l-appell jista' jigiradikat u ghalhekk hu l-kaz li tigi akkolta l-eccezzjoni tal-irritwalita' tal-appell li mhux koncessfic-cirkostanzi partikolari ta' dan il-kaz.

F'dawn ic-cirkostanzi ghalhekk din il-Qorti tal-Appell tichad l-appell billi hu irritwali, u, konsegwentement, tikkonferma s-sentenza appellata kifeffettivament qed taghmel, bl-ispejjez ta' din l-istanza a kariku tal-appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info