Reference: 2744/1999/1

Judgement Details


Date
04/06/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
GAUCI JOSEPH vs GAUCI NEE AGIUS ANTOINETTE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LEGITTIMITA` TA` L-ULIED, AZZJONIJIET RELATTIVI - LEGITTIMITA` TA` L-ULIED, IMPUNJAZZJONI TA` - LEGITTIMITA` TA` L-ULIED, META L-AZZJONI TAHT L-ARTIKOLU 77 TAL-KAP. 16 MA TKUNX TISTA` TIGI EZERCITATA
Summary
Hemm tliet azzjonijiet permessibbli fil-ligi taghna sabiex tigi attakata l-legittimita' ta' l-uliedu cjoe':

a) L-azzjoni ta' diskonoxximent jew ta' denegata paternita' a bazi tal-Artikolu 70tal-Kap 16 li hija miftuha ghar-ragel li fic-certifikat tat-twelid huwa ndikat bhala missier it-tifel imwieled fiz-zwieg, u dan fil-kazijiet indikati tassativament fis-Subartikolu (1) (a) sa (d), liema azzjoni tattakka l-prezunzjoni "pater est quae iustiae demonstrat", u twassal biss mhux biex jigideterminat il-missier tat-tarbija imma fuq kollox ghad-dikjarazzjoni li r-ragel ta' l-omm ma huwiexil-missier, liema azzjoni ghandha tigi prezentata fit-termini stretti moghtija fl-Artikolu 73 tal-Kap 16.

b) It-tieni azzjoni hija dik moghtija biss lit-tifel ai termini tal-Artikolu 84 sabiexjitlob l-istat ta' iben legittimu u ghaliha japplikaw ir-regoli stabiliti fl-Artikoli 82 sa 85 tal-Kap 16.

Din l-ahhar azzjoni tat-tfittxija ta' paternita' hija moghtija biss lit-tifel u hija estiza lill-werrieta jew dixxendenti tieghu fil-kaz biss previst mill-ligi.

It-tifel ghandu d-dritt li jitlob stat kuntrarju ghal dak li jaghtih l-att tat-twelid meta ma jkollux pussess ta' statkonformi ma' l-att tat-twelid, u ebda limitazzjoni ohra ma timponilu l-ligi ghall-ezercizzju ta' dik l-azzjoni. Ghaldaqstant lilu ma tolqtux il-limitazzjoni li tolqot lil persuni ohra interessati, konsistenti f'illi huma jkollhom jippruvaw l-impossibilita' fizika ta' koabitazzjoni tal-prezenti genituri tat-tifel fi zmien rilevanti minhabba lontananza.

Meta t-tifel ma hux ostakolat fl-ezercizzju ta' l-azzjoni ta' ricerka tal-paternita' tieghu bil-fatt li dik l-impossibilita' fizika ma tirrizultax; l-unika limitazzjoni li tolqtu hija dik illi tolqtu meta huwa jkun jippossjedi stat konformi mal-att tat-twelid tieghu.

Il-fatt li r-ragel ta' omm it-tarbija kien prezenti Malta u kellu il-possibilita' li jkollu relazzjoni ma' martu, ma ghandu jkun ta' ebda xkiel fl-indagini li ghandha ssir sabiex tigi stabbilita l-identita' tal-missier naturali tal-istess attur.

c) It-tielet azzjoni hija dik kontemplata fl-Artikoli 76 u 77 tal-Kap 16 fejn ghal dak li huwa relevanti ghal dik il-kawza fl-Artikolu 77 jinghad li:-

"Il-legittimita' ta' tifel imwieled matul iz-zwiegtista' tigi attakkata minn kull min ghandu interess, jekk jipprova illi, fiz-zmien bejn it-tliet mitt gurnata u l-mija u tmenin gurnata qabel it-twelid tat-tifel, ir-ragel kien f'impossibilita' li jghammar ma' martu minhabba li kien il-boghod minnha".

Din l-ahhar azzjoni imsemmija ta' mpunjazjoni ta' legittimita' hija miftuha ghal kull terz, inkluz lill-omm u lill-istess tifel peress li hija disponibbli ghal min ghandu interess, inkluz il-persuna li tallega li hija missier it-tifel.

L-azzjoni a bazi tal-Artikolu 77 hija subordinata ghal dak li hemm provdut fl-Artikolu 81 li jipprovdi li l-istat ta' iben legittimu ma jista' jigi attakkat minn hadd, lanqas mill-iben innifsu jekk il-minuri jkun akkwista l-istatus ta' iben legittimu mill-att tat-twelid u l-pussess tal-istess stat li jaqbel ma' tali att.

Fi kliem iehor l-azzjoni ttentata skond l-Artikolu 77 sabiex tirnexxi trid issir fl-ewwel lok a bazi ta' iben jew bint li skond l-att ta' twelid ma jkunx ikkunsidratbhala legittimu, jew ghalkemm l-istess att ta' twelid jikkunsidrah legittimu, huwa ma jkunx jippossedi l-istess stat ta' legittimu.

Il-pussess ta' l-istat ta' iben legittimu skond l-Artikolu 80"stabbilit minn gabra ta' fatti, mehudin flimkien, li jiswew biex juru r-rabta ta' filjazzjoni u ta' demm bejn it-tifel u l-familja li hu jghid li hi l-familja tieghu.

L-ewlenin fost dawn il-fatti huma:-

a) Illi t-tifel ikun gieb dejjem il-kunjom tal-missier li tieghu jghid li huwa l-iben;

b) Illi l-missier ikun trattah bhala ibnu, u, f'dik il-kwalita' haseb ghall-mantenimentu edukazzjoni tieghu, u sabiex jikkollokah;

c) Illi t-tifel gie dejjem maghruf bhala tali min-nies;

d) Illi huwa ikun maghruf bhala tali mill-familja.

Dan ifisser li skond il-provvedimenti tal-Artikolu 82 tal-Kap 16 tal-Ligijiet ta' Malta, huwa biss jekk ikun hemm "nuqqas ta'att ta' twelid jew tal-pussess ta' stat (u dan skond kif definit fl-Artikolu 80 tal-Kap 16) inkellajekk it-tifel ikun gie registrat taht isem falz, li l-prova tal-filjazzjoni tista' ssir b'xhieda ohra li tista' tingieb skond il-ligi.

L-kundizzjoni kontenuta fl-Artikolu 77 dwar l-impossibilita' fizika, hija wkoll kundizzjoni ohra li kull persuna ohra, apparti l-minuri jekk dan jagixxi ai termini tal-ligi.

Jekk iben jew bint ikollhom stat ta' wild legittimu, u jkollhom ukoll il-pussess tal-istess stat konformi mal-att ta' twelid, hadd ma jista' jattakka dan l-istat a bazi tal-Artikolu 77 anke jekk tigi ppruvata l-impossibilita' fizika ndikata fl-istess artikolu. Illi dan gie ukoll konfermat fis-sentenzi.

Il-kuncetti ta' "boghod" u "impossibilita' fizika" imsemmija fl-artikolu 77 tal-Kapitolu 16, ghandhom jigu nterpretati fis-sens illi jistghu jaffettwaw il-koncepimenttat-tarbija.

Hawnhekk il-missier kien affett minn impossibilita` medika li jkollu t-tfal u hu u martu kienu ilhom separati de facto ghal diversi snin qabel it-twelid tat-tarbija. Il-Qorti irriteniet li fic-cirkostanzi kien japplika l-artikolu 70 tal-Kap. 16.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info