Referenza: 889/1992/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/05/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCICLUNA DAVID
Partijiet
CUSCHIERI CARMELO ET vs SMITH MARGARET SIVE PEGGY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOMPROPRJETA`, TIBDIL MAGHMUL MINN WIEHED MILL-KOMPROPRJETARJI
Fil-Qosor
Ebda komproprjetarju ma jista' jaghmel tibdil fil-haga in komun minghajr il-kunsens tal-komproprjetarji l-ohra, lanqas jekk jidhirlu li dak it-tibdil hu ta' gid ghal kulhadd.

Biex wiehed mill-kompropjetarji jirnexxi fl-azzjoni tieghu, bizzejjed jipprova li hu stess ma kienx ta l-imsemmi kunsens tieghu u ma jehtiegx li ssir il-prova jekk inghatax jew le l-kunsens tal-komproprjetarji l-ohra.F'dan is-sens il-gudizzju propost minn wiehed biss mill-kompropjetarji huwa integru billi ma hemmx bzonn li jkun hemm ukoll fil-kawza il-komproprjetarji l-ohra. Taw jew ma tawx dan il-kunsens taghhom,huma jew ma humiex fil-kawza, jekk jigi ppruvat li x-xoghlijiet saru minghajr il-kunsens tieghu - ughal dan ma jehtiegx li jkunu fil-kawza l-komproprjetarji l-ohra - l-istess xoghlijiet ma setghux isiru u l-azzjoni ghandha tirnexxi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni