Reference: 14/2011

Judgement Details


Date
02/10/2014
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
MALLIA MICHAEL
Parties
IL-PULIZIJA vs OMISSIS
ECLI
ECLI:MT:AKI:2014:89879
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RINVIJU BL-ARTIKOLI
Summary
Illi l-Qorti tal-Magistrati hija strettament marbuta mal-artikoli ikkwotati mill-Avukat Generali fl-att tar-rinviju tieghu u ma tistax minn rajha tirreferi ghal artikoli ohra mhux ikkwotati mill-Avukat Generali fir-rinviju. F'dan il-kaz, l-Avukat Generali ikkwota l-artikolu 203 u l-artikolu 209 minghajr ma ghamel riferenza ghas-sub artikoli illi jsegwu kull artikolu. Il-Qorti qalet illi l-Avukat Generali ma kellux ghalfejn jirreferi ghas-sub artikoli meta jirreferi ghal artikolu principali. U l-istess setghet taghmel il-Qorti fil-gudizzju taghha tirreferi biss ghall-artikolu 203 u teroga l-piena skont kif jidhrilha opportun minghajr ma tirreferi ghas-sub artikoli sussegwenti. Li ma jistax jaghmel l-Avukat Generali huwa li jdahhal reati li dwarhom ma tkunx saret il-kumpilazzjoni. Dan zgur ma kienx li gara f'dan il-kaz ghax l-Avukat Generali ikkwota artikoli li ghandhom x'jaqsmu mal-akkuzaprincipali u sta ghall-Qorti li fil-gudizzju taghha mbaghad tidhol aktar fid-dettal u tikkwota aktar preciz is-sub artikoli koncernati tal-artikolu ikkwotat mill-Avukat Generali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info