Referenza: 97/2013

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/07/2014
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
MIZZI ANTONIO
Partijiet
IL-PULIZIJA vs FALZON NOEL
ECLI
ECLI:MT:AKI:2014:89003
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Dan il-kaz kien dwar appell mill-Avukat Generali. Il-gurisprudenza tal-Qorti tal-Appell Kriminali kient dejjem fis-sens li ma jistax isir appell mill-Avukat Generali meta s-sentenza li qed tigi appellata tkun bazata fuq apprezzament ta' fatti, korretti jew le. Fuq dan il-binarji hemm sentenza ta' din il-Qorti fl-ismijiet: Il-Pulizija v. Andre Carbonaro deciza fl-24 ta' Ottubru, 2002 (per l-Imhallef Joseph Galea Debono).

Illi fis-sentenza dejjem ta' din il-Qorti fl-ismijiet: Il-Pulizija v. Spiridione Aquilina et deciza fit-12 ta' Frar, 1999 (per l-Imhallef Vincent Degaetano) gie stabilit li d-dritt ghall-appell mill-Avukat Generali jitwieled meta l-ewwel Qorti tkun applikat jew interpretat hazin il-ligi:
"...ossia tkun ghamlet enuncjazzjoni zbaljata jew inkompleta ta' l-ipotesital-ligi liema enuncjazzjoni zbaljata jew inkkompleta stghet incidiet fuq il-fatt li l-imputat gieliberat. Din id-dispozizzjoni pero' ma taghtix dritt ta' appell lill-Avukat Generali meta l-ewwelQorti tkun illiberat minhabba apprezzament hazin, zbaljat jew inkomplet tal-fatti, hlief jekk ikunjirrizulta li tali apprezzament hazin tal-fatti ikun ir-rizultat ta' applikazzjoni jew interpretazzjoni zbaljata tal-ligi, b'mod ghalhekk li dak l-izball ikun essenzjalment zball ta' dritt u mhux zball ta' fatt." Stante lid an il-kaz kien jirrigwarda apprezzament ta' provi l-appell gie michud.





Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni