Reference: 42/2014/1

Judgement Details


Date
30/05/2014
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI SILVIO, MALLIA TONIO, AZZOPARDI JOSEPH
Parties
STRAND ELECTRONICS LIMITED vs DIRETTUR TAL-CORPORATE SERVICES FIL-MINISTERU TAL-GUSTIZZJA,
ECLI
ECLI:MT:ACIV:2014:88153
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Dan kien kaz ta' appell mid-decizjoni tal-Bord ta' Revizjoni dwar Kuntratti Pubblici fuq omissa decisione. Il-Qorti qalet li f'dan il-kaz, is-socjeta` Strand Electronics Ltd., fl-appell taghha quddiemil-Bord, espressament appellat mid-decizjoni tad-Direttur li s-socjeta` Office Group Ltd. titqies “the preferred bidder”, u dan peress li skont hi, l-offerta ta' din is-socjeta` “does not meet the required technical specifications as laid out in the tender document”. Il-Bord pero`, la ttratta u lanqas iddecieda dan il-punt. Il-Bord iddecieda li l-offerta tas-socjeta` appellanti “is technicallynon compliant”, izda ma qal xejn dwar jekk l-offerta ta' Office Group Ltd. kienetx jew le konformi mal-ispecifikazzjonijiet tas-sejha ghall-offerta, li kien il-meritu principali tal-appell imressaq quddiemha mis-socjeta` Strand Electronics Ltd. Il-fatt li l-Evaluation Board kien sodisfatt illi l-offerta tas-socjeta` Office Group Ltd. kienet fil-fatt konformi, huwa immaterjali, ghax l-appell, fil-fatt, sar kontra din is-sejba, u kien dover tal-Bord li hu stess janalizza l-offerta ta' Office Group Ltd. u jiddeciedi b'decizjoni motivata, jekk l-offerta kienetx jew le technically compliant.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info