Referenza: 21/1970/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/03/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
SCIBERRAS TONI ET vs SCIBERRAS LUIGI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ANTIKRESI, ATT XXX TAL-1981 - ANTIKRESI, EFFETT TAT-TRASFERIMENT DA PARTI TAD-DEBITUR - ANTIKRESI, NATURA` TA`
Fil-Qosor
Bejgh ta' proprjeta' antikretika qabel id-dhul fis-sehh tal-artikolu 1987 tal-Kodici Civili bl-Att XXX tal-1981 kienet tittermina l-antikresi u kwindi, l-kreditur antikretiku, jew ahjar dak li qabel kien il-kreditur antikretiku, ma setghax jipprevalixxi ruhu mill-fakolta' moghtija mill-imsemmi artikolu 1987 kif emendat. Il-kreditur antikretiku ma jakkwista ebda dritt reali fuq il-haga, izda jkollubiss il-fakolta' li jithallas bil-frott. Id-debitur jibqa' padrun assolut tal-post u jista' jipotekah u jbieghu. Id-dritt personali li taghti l-antikresi lill-kreditur ma jiswix fil-konfront tat-terz li jixtri l-fond minghand id-debitur.

Il-kreditur antikretiku ma jakkwistax dritt rejali fuq l-immobbli izda biss id-dritt personali li ssemmi l-istess ligi. Konsegwentement id-debitur jibqa' proprjetarju ta' l-immobbili u anke jista' jiddisponi minnu billi jittrasferih lil terzi. Id-drittpersonali tal-kreditur ma joperax fil-konfront tat-terz li jixtri l-fond minghand id-debitur antikretiku u li l-effetti ta' l-antikresi, bhala ftehim specifiku, jispiccaw u ma jibqghux japplikaw fil-konfront tal-kompratur. L-Att XXX tal-1981 ma kellux l-effett li jirravviva antikresi li kienu digagew terminati bit-trasferiment tal-proprjeta' soggetta ghall-antikresi mid-debitur antikretiku lilterzi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni