Referenza: 273/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/03/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
ZAMMIT SAVIOUR vs GALEA JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCEZZJONIJIET, INKOMPETENZA RATIONAE MATERIAE - LOKAZZJONI, CESSJONI - LOKAZZJONI, RAPPORT BEJN IS-SID U S-SUB-INKWILIN - LOKAZZJONI, SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, SULLOKAZZJONI TINTEMM AWTOMATIKAMENT FLIMKIEN MA` TMIEM IL-KIRJA PRINCIPALI - ZGUMBRAMENT, ECCEZZJONI TA` INKOMPETENZA RATIONAE MATERIAE - ZGUMBRAMENT, KUNCETT TA` BLA TITOLU - ZGUMBRAMENT, OKKUPAZZJONI BLA TITOLU
Fil-Qosor
Jekk il-kirja ssir flimkien ma' l-avvjament, ossia ssir kirja ta' universitas rerum, allura dik il-kirja tkun regolata mill-Kodici Civili u kompetenti jkunu t-Tribunali ordinarji tal-pajjiz.

L-artikolu 1620 tal-Kodici Civili jipprovdi illi "is-sub-konduttur ma ghandu kontra sid il-kera ebda wiehed mill-jeddijiet li jmissu lill-kerrej". Mill-banda l-ohra l-artikolu 1621 jipprovdi illi "id-disposizzjonijiet ta' l-ahhar zewg artikoli qabel dan jghoddu wkoll meta s-setgha li l-kerrej jikri jew icedi l-kiri lil haddiehor, ma tkunx giet imnehhija jew tkun giet moghtija espressament. Izda dan kemm-il darba sid il-kera ma jkunx espressament heles lill-kerrej mill-obbligazzjonijiet tieghu jew ma jkunx espressament gharaf lis-sub-konduttur minflok lill-kerrej". Dan l-ahhar artikolu jipprospetta l-possibilita' illi jinholoq rapport dirett bejn is-sid u s-sub-konduttur.

Saru komunissimi l-kawzi li jimpostaw fuq il-kawzali "bla titolu" talbiet ghar-ripreza ta' pussess ta' fond jewghal zgumbrament. Pero', kif intqal f'diversi okkazzjonijiet - bla titolu - guridikament timporta okkupazzjoni ta' fond li sa mill-bidu nett ma kienetx konsentita. Okkupazzjoni li tkun saret minghajr kunsens, abbuzivament, bi vjolenza, b'arbitriju jew klandestinament, - liema illegalita' pperdurat sal-mument li tkun giet proposta l-kawza. "Bla titolu" ma tfissirx - bhala kawzali - xi kwalita'ta' titolu li seta' kien hemm, imma issa, wahda mill-partijiet tirritjeni li m'ghadux jissussisti, ughalhekk ikun hemm bzonn dikjarazzjoni gudizzjarja li t-titolu li kien hemm intilef, spicca, jew b'xi mod iehor m'ghadux validu, minhabba ragunijiet ta' zmien, morozita', non-osservanza tal-kondizzjonijiet tat-titolu u simili. Anki l-prekarju huwa titolu - artikoli 1839 - 1841, Kap 16 - proprjughaliex l-okkupazzjoni inizjali tkun legittima ghaliex bil-kunsens tas-sid. U meta dan jitterminat-titolu billi jirtira l-kunsens, xorta wahda dik is-sitwazzjoni ma tistax tigi deskritta bhala "blatitolu" - dejjem fil-perspettiva guridika li nholqot minhabba l-ligijiet specjali li, wara l-1919,inholqu biex biddlu sensibbilment ir-regoli tradizzjonali tal-kuntratti ta' lokazzjoni, komodat u ohrajn - li jolqtu l-uzu tal-fondi immobbiljari.

Dan l-insenjament pero', kellu jinqara fis-sens limitat li l-Qorti kellha tindaga u tistabilixxi l-ezistenza tat-titolu fil-konfront ta' l-atturli jkun ippropona il-kawza kontra l-konvenut li jkun qieghed jokkupa l-fond tieghu. Ma kienx allura bizzejjed ghall-konvenut illi jipprova illi hu kien qieghed jippossjedi l-fond bis-sahha tar-relazzjoni guridika legittima, kienet x'kienet li kellu ma xi hadd kien min kien. Kellu jipprova litali relazzjoni guridika legittima kienet tezisti bejnu u bejn l-attur. Prova din li l-konvenut proprio et nomine, appellanti f'dan il-kaz, ma kienux f'posizzjoni li jaghmlu.

Il-Qorti li tigililha kontestata n-nuqqas ta' kompetenza ghandha hi stess tinvestiga u tiddeciedi dwar din l-eccezzjoni fl-aspetti kollha taghha.

Il-Qorti bhala Qorti ta' kompetenza ordinarja ghandha kompetenza biex tiddeciedi kull materja ta' natura civili sakemm din ma tkunx giet vestita fi Tribunal Specjali b'legislazzjoni ad hoc. Il-Qorti Civili hi wkoll kompetenti allura biex tiggudika jekk materjataqax jew le fil-kompetenza tat-Tribunal b'gusidizzjoni specjali.

Mhux korrett li jinghad illi r-relazzjoni tas-sid hija dejjem u esklussivament ma' l-inkwilin, nonostante l-fatt li dan ikun irrikonoxxa sullokazzjoni da parti tal-inkwilin. Kull kaz ghandu l-fatti specie tieghu, u mhux eskluz, li jinholqu relazzjonijiet kontrattwali diretti bejn is-sid u s-subinkwilini, inkwantu tali relazzjonijiet ma jkunux jemanu mis-semplici rikonoxximent tas-sid tal-fatt tas-sullokazzjoni, imma wkollmill-fatt illi, bhala konsegwenza ta' tali sullokazzjoni, inholqu obbligi kontrattwali bejn is-subinkwilin u s-sid. Il-proposizzjoni illi s-sullokazzjoni, anke meta moghtija espressament bil-fakolta'li ssir fil-kuntratt ta' lokazzjoni ma tohloq ebda relazzjoni bejn sid il-kera u s-sub-konduttur ubl-ebda mod ma taffettwa l-kondizzjonijiet tal-lokazzjoni bejn is-sid u l-kerrej, ma hijiex wahda assiomatika u ma hijiex guridikament eskluza s-sitwazzjoni fejn ir-rikonoxximent mis-sid tas-subinkwilin ikun akkumpanjat minn relazzjoni kontrattwali bejniethom li taffettwa l-modalitajiet tal-kirja.

Dan kollu pero' soggett illi s-subinkwilin ipprova adegwatament u konkluzzivament illi tali relazzjonijiet kontrattwali bejnu u bejn is-sid ikunu nholqu b'mod li allura jkun jista' jinghad li jkun gie sodisfatt id-dispost ta' l-artikolu 1621 illi sid il-kera jkun jew espressament heles lill-kerrej mill-obbligazzjonijiet tieghu jew li jkun espressament gharaf lis-sub-konduttur minflok il-kerrej.

Is-sullokazzjoni a differenza ta' cessjoni ta' drittijiet, tohloq kuntratt gdid ta' kiri li ghalih sid il-kera principali huwa totalment estraneju u li huwa nettament distint mill-kuntratt originali tal-kirja principali, u ghalhekk, quddiem sid il-kera is-subinkwilin huwa terza persuna.

Mat-terminazzjoni tal-lokazzjoni jispiccaw awtomatikament is-sullokazzjonijiet li kienu dipendenti fuqha u li ma kienux rikonoxxuti mil-lokatur jew mis-sid skond il-kaz.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni