Referenza: 83/2012/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/03/2014
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
CAMILLERI SILVIO, CARUANA DEMAJO GIANNINO, CUSCHIERI NOEL
Partijiet
BRIFFA RYAN vs AVUKAT GENERALI
ECLI
ECLI:MT:KOS:2014:86859
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
QORTI KOSTITUZZJONALI; SETGHA
Fil-Qosor
Il-Qorti Kostituzzjonali tista tiddeciedi li ma tuzax is-setghat taghha li tisma' l-ilment meta jezistu is-segwenti elementi:

1. L-ezistenza tar-rimedju l-iehor ghandha tirrizulta bhala stat ta' fatt attwali u objettiv;

2. Ir-rimedju jrid ikun accessibbli, xieraq, effettiv u adegwat biex jindirizza l-ksur lamentat;

3. Biex ir-rimedju jitqies effettiv m'hemmx ghalfejn li jintwera li r-rimedju se jaghti lir-rikorrent success garantit, imma jkun bizzejjed li jkun wiehed li jista' jigi segwit b'mod prattiku, effettiv u effikaci;

4. Id-diskrezzjoni li ghandha l-Qorti f'dan ir-rigward trid titwettaq b'mod korrett u fl-ahjar interess tal-amministrazzjoni tal-gustizzja sabiex min-naha wahda, il-Qrati ta' indoli kostituzzjonali ma jkunux rinfaccjati b'kawzi li messhom jew setghu tressqu quddiem Qrati ohrajn kompetenti jew li dwarhom messhom jew setghu jfittxu rimedjiohrajn effettivi, u min-naha l-ohra sabiex persuna ma tkunx imcahhda mir-rimedji li ghandha jedd tfittex taht il-Kostituzzjoni jew taht il-Konvenzjoni;

5. In-nuqqas wahdu ta' tehid ta' mezzi ordinarji mir-rikorrent mhuwiex raguni bizzejjed biex Qorti ta' xejra kostituzzjonali tiddeciedi li matuzax is-setghat taghha li tisma' l-ilment, jekk jintwera li l-imsemmija mezzi ma kienux tajbin biex jaghtu rimedju shih lir-rikorrent;

6. Izda meta jidher car li jezistu mezz ordinarji disponibbli biex jikseb rimedju ghall-ilment tieghu, ir-rikorrent ghandu jirrikorri ghal dawk il-mezzi, qabel ma jirrikorri ghar-rimedju kostituzzjonali.





Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni