Reference: 127/1994/1

Judgement Details


Date
16/03/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
BONELLO LOUIS ET vs SCICLUNA CARMELO
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, FISSAZZJONI TA` KERA XIERAQ MILL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA MA TINKLUDIX KUNDANNA GHALL-HLAS TAL-ISTESS - LOKAZZJONI, FISSAZZJONI TA` KERA XIERAQ MILL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA SSIR B`MOD OGGETTIV IN RELAZZJONI MAL-FOND - LOKAZZJONI, REMISSA - LOKAZZJONI, UZU TA` FOND GHAL SKOPIJIET KUMMERCJALI
Summary
Fond ma jakkwistax il-kwalita' ta' kummercjalita' b'cirkostanza biss illi kultant minnu tinbiegh xihaga. Hu ovvju li min irabbi annimali purament ghad-delizzju, kultant zmien kien ikollu jiddisponiminnhom, u certament ma kienx eskluz li kien hekk jaghmel billi ibieghhom lil terzi proprju biex jiggenera l-flus biex ikompli d-delizzju tieghu. Dan apparti li hadd m'hu mistenni li jiddisponi minn hwejgu b'xejn. F'dawk ic-cirkostanzi pero' certament ma jistax jinghad li dik il-persuna tkun qeghdatikkonduci attivita' kummercjali, ghaliex il-fatt tal-bejgh ma jkunx il-finalita' ta' dik l-attivita'. Il-finalita' tibqa' dejjem dik tad-delizzju u kien biss incidentalment li c-cirkostanzi li wasslu lil dik il-persuna, kultant sewwa kontra qalba, li tiddisponi mill-annimali li trabbi.

L-element intenzjonali kien allura ta' l-akbar rilevanza, kif kienet ukoll rilevanti l-prova illi l-attivita' ta' xiri u bejgh kienet tali li setghet tigi kwalifikata bhala wahda intiza principalment ghall-qliegh tal-profitt. Anke jekk dan mhux necessarjament kellu jirrizulta li jkun bilfors mezz ta'ghixien. F'dan l-isfond ta' dritt imbaghad, il-provi prodotti kellhom jigu apprezzati u f'dan ir-rigward il-gurisprudenza hi abbondantement pacifika illi kellhom jittiehdu in konsiderazzjoni c-cirkostanzi kollha tal-kaz biex il-gudikant jasal ghall-konvinciment jekk kienx minnu jew le li l-inkwilinkien qieghed jikkonduci negozju mill-fond lilu lokat. Dan ghaliex hafna kien jiddependi mit-tip uxorta ta' attivita kondotta fil-fond, min-natura taghha, u c-cirkostanzi partikolari ta' l-inkwilin.Kull kaz kien ivarja minn iehor. L-oneru tal-prova fuq in-natura kummercjali ta' l-attivita' tispetta lil min jallegaha.

Hu risaput li l-Bord li Jirregola l-Kera fl-ezercizzju tal-kompetenzaspecjali tieghu jiffissa l-kera tal-fond lokat mhux b'mod soggettiv ghall-inkwilin, imma b'mod oggettiv in relazzjoni tal-fond lokat u l-finalita' tal-kirja u d-destinazzjoni taghha. Il-fatt li l-Bord iddecieda kemm kellu jkun il-kera fiz-zmien meta gie allokat lill-appellant, ma jfissirx li dan kien necessarjament tenut li jhallas dik il-kera lis-sid sa mis-sena li minnha l-kera jkun qed jigi ffissat, u wisq anqas ma jfisser li l-inkwilin kien qed jigi kundannat li jhallas tali ammont lis-sid.Dan l-aspett certament ma kienx jaqa fil-kompetenza tal-Bord li Jirregola l-Kera.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info