Referenza: 88/2012

Dettalji tas-Sentenza


Data
10/01/2014
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
QUINTANO LAWRENCE
Partijiet
IL-PULIZIJA vs FALZON CHARLOT
ECLI
ECLI:MT:AKI:2014:85373
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
STQARRIJA TAL-AKKUZAT
Fil-Qosor
Dan kien appell dwar l-ammissibilita tal-istqarrija tal-akkuzat meta dan ma kellux l-assistenza ta'avukat galadarba din kienet l-unika prova fil-process. Il-Qorti qalet li minn meta nghatat is-sentenza mill-Qorti tal-Magistrati (Malta) Bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali, il-gurisprudenza kienet nbidlet. Filfatt il-Qorti tal-Magistrati bbazat is-sentenza taghha fuq decizjonijiet li kienet tat il-Qorti Kostituzzjonali fit-tliet decizjonijiet ‘Il-Pulizija vs Alvin Privitera, Il-Pulizija vs MarkLombardi u l-Pulizija vs Esron Pullicino. Il-kaz ta' wiehed minn dawn ir-rikorrenti nstema' fl-appell ukoll u l-appellant kien liberat minhabba li l-unika prova kienet l-istqarrija. Izda f'dan il-kaz ma nghatat ebda decizjoni kostituzzjonali dwar l-ammissibilita' o meno tal-istqarrija tal-appellat. Id-decizjonijiet imsemmija ma jghoddux awtomatikament ghalih minhabba li l-azzjoni fid-Drittijiettal-Bniedem mhix ‘actio popularis' u biex wiehed jintavola kawza kostituzzjonali dwar id-drittijiettal-Bneidem irid ikollu interess dirett. Barra dan, fis-sentenza moghtija mill-Qorti Kostituzzjonali fl-ismijiet ‘Charles Steven Muscat vs Avukat Generali', il-Qorti Kostituzzjonali tat decizjoni lihija differenti mid-decizjonijiet moghtija fit-tliet sentenzi msemmija. Illi ghalhekk il-Qorti ammettiet l-istqarrija u sabet htija.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni