Reference: 336/2011

Judgement Details


Date
18/04/2013
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
MALLIA MICHAEL
Parties
IL-PULIZIJA vs VELLA AARON
ECLI
ECLI:MT:AKI:2013:80391
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
F'dan il-kaz li kien jiirigwardja l-agir ta' security, il-Qorti waslet ghall-konkluzjoni illi kull security ghandu d-dover illi jaghmel xoghlu u jzomm il-kwiet fl-istabiliment illi jkun qieghed jghasses. Izda dan ma ghandu l-ebda dritt illi jikkaguna griehi fuq persuna waqt il-qadi ta' dmirijietu. II-Qorti ghamlet differenza bejn l-uzu tal-forza u l-uzu tal-vjolenza. Filwaqt illi security fi stabiliment ghandu d-dritt illi juza l-forza sabiex izomm il-kwiet u l-ordni gewwa l-istabiliment, m'ghandu qatt juza l-vjolenza b'tali mod illi jikkawza xi forma ta' offizi fuq persuna ohra. Security ghandu jkollu t-tahrig kollu necessarju sabiex hu jkun jista' jikkontrolla sitwazzjonijiet fejn anki persuni jidhlu fil-glied jew inkella jargumentaw b'mod vjolenti, u l-uzu tal-forza ghal dawn is-security ghandha tkun l-ahhar soluzzjoni meta l-perswazjoni ma tasalx. Jekk allura s-security jeccedi l-uzutal-forza u jidhol fir-relm tal-vjolenza, allura dana jkun responsabbli tal-konsegwenzi illi huwa kkawza. Evidentement li tkaxkar persuna barra minn stabiliment hemm l-uzu tal-vjolenza u mhux biss tal-forza u peress illi l-appellant kien akkuzat bi ksur tal-ligi ta' natura kontravenzjonali, alluraf'dan il-kaz kien immaterjali l-intenzjoni li kellu l-appellant peress illi fil-kontravenzjonijietil-Qorti trid thares lejn dan il-ksur tal-ligi b'mod oggettiv u mhux soggettiv. L-appell gie michud.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info