Referenza: 50/2012

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/03/2013
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
QUINTANO LAWRENCE
Partijiet
IL-PULIZIJA vs RIZZO ANTHONY
ECLI
ECLI:MT:AKI:2013:79864
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
PRECEDENT GUDIZZJARJU, SINJIFIKAT TA`
Fil-Qosor
Illi f'dan il-kaz tqajmet il-kwistjoni ta' jekk il-Qorti f'Malta ghanhiex issegwi decizjonijiet precedenti ohra. Il-Qorti tal-Appell Kriminali qalet li m'hemm xejn hazin li minn zmien ghall-iehor il-Qorti tirrevedi dak li jkun gie stabbilit f'decizjonijiet li nghataw qabel. Dan jghodd aktar fil-kazta' Malta fejn m'hawnx dottrina tal-istare decisis. Rajna dan isir diversi drabi fost l-ohrajn il-pozizzjoni jekk ghandhiex tkun inxurjata l-karozza jew min isuq skont il-Kap 104 tal-Ligijiet ta' Malta. Fi Qrati barranin bhal dawk ta' Strasbourg jew tal-ECJ gewwa l-Lussemburgu, il-Qrati bidlu l-fehmiet taghhom fuq punti diversi ghal aktar minn darba. Bhala ezempju wiehed jista' jsemmi jekk l-impjegat civili jistax jinvoka l-artikolu 6 minhabba xi kaz li ghandu x'jaqsam max-xoghol tieghu.Dak li ntqal f' Pellegrini versus France (1999) inbidel f'anqas minn seba' snin f'decizjoni ohra ‘Vilho Eskelinen and Others vs Finland'. Min-naha l-ohra l-ECJ mhux darba jew tnejn li ddecieda li‘minn dan il-kaz ‘il quddiem, dan ir-regolament ghandha jibda jkun interpretat hekk.' Dan jidher mis-silta ta' hawn taht:

‘Some confusion was introduced by the ECJ's ruling in ‘Akrich' that anon-EU national spouse who was not lawfully resident in a Member State, who had, for example, entredunlawfully, could not avail of rights of movement and residence under EU law. The decision was difficult to reconcile with the judgment in MRAX, and in Jia the ECJ confined Akrich to its own facts.The ECJ has now departed from Akrich.' (Enfasi tal-Qorti).

Fil-kaz ta' Malta, Qorti ta' Prima Istanza mhux bilfors li ssegwi linja li tkun hadet Qorti oghla . Ghalhekk sakemm f'dan il-kaz il-Qorti tal-Magistrati dehrilha li ma kellhiex timxi mas-sentenza ‘Il-Pulizija kontra Joseph Bartolo', dan setghet taghmlu.





Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni