Referenza: 144/2012

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/01/2013
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
MALLIA MICHAEL
Partijiet
IL-PULIZIJA vs GAUCI CHRISTOPHER
ECLI
ECLI:MT:AKI:2013:78849
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
IMPOSSIBILITA
Fil-Qosor
Filwaqt illi l-Qorti tirrikonoxxi illi d-difiza ta' mpossibilta hija rikonoxxuta fis-sistema guridika taghna, bhala regola generali din id-difiza tista tigi mqajma biss jekk dak li jkun ma jkunx poggaruhu volontarjament fl-impossibilta fizika illi jottempra ruhu mal-Ligi. Kwindi jekk is-sitwazzjoni tkun ta' “self inflected impossibility” din id-difiza ma tistax treggi. F'din il-kawza rrizulta illi kumpanija marret fil-likwidazzjoni fl-1 ta' Novembru, 2001 fuq ordni tal-Qorti u l-avukat AndrewBorg Cardona gie mahtur Strarcarju fit-12 ta' Lulju, 2002. Minn din l-ahhar data l-appellant kienimnehhi kompletament mill-awtorita tieghu bhala direttur u ma setax aktar jaghmel atti li jorbtu jewihollu s-socjeta. Konsegwentement mit-12 ta' Lulju, 2002 l-appellant kien fl-impossibilta illi jaqdi d-doveri tieghu versu l-Kummissarju tat-Taxxi Interni u ihallas t-taxxa dovuta. La l-appellant irnexxielu jqajjem b'success id-difiza ta' mpossibilta, l-preskrizzjoni bdiet tghaddi favur tieghu, f'dan il-kaz mit-12 ta' Lulju, 2002. Illi ghalhekk d-Dipartiment tat-Taxxi Interni kellu terminu ta'sentejn sabiex ifittex lill-appellant ghal dawk is-snin illu huwa naqas illi jottempra ruhu mal-Ligi (Artiklu 688 (e) tal-Kap. 9 tal-Ligijiet ta' Malta), izda d-Dipartiment ma ghamel xejn u ddeciedaili johrog ic-citazzjoni fil-25 ta' Marzu, 2011 f'liema zmien it-terminu preskrittiv sabiex tigi istitwita din l-azzjoni kien skada.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni