Reference: 2233/1999/1

Judgement Details


Date
22/03/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
DADOUCH MAZEN vs DADOUCH MARIA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ZWIEG, NULLITA` MINHABBA DIFETT SERJU TA` DISKREZZJONI TA` GUDIZZJU
Summary
B' difett serju ta' diskrezzjoni ta' gudizzju il-legislatur ma riedx ifisser semplicement kwalsiasistat ta' immaturita` li parti jew ohra fiz-zwieg tista' tkun fiha fil-mument li jinghata l-kunsens reciproku.

Li kieku l-legislatur irrikjeda maturita` shiha u perfetta, ftit jew addirittura ebda zwieg ma kien ikun validu. In-nuqqas ta' discretio judicii hu kuncett guridiku intrinsikament marbut mal-kapacita` ta' parti jew ohra fiz-zwieg li taghti l-kunsens liberu u xjenti taghha ghar-rabta taz-zwieg.

Pero`, kif gia inghad, b' immaturita` jew difett serju ta' diskrezzjoni ta' gudizzju id-dottrina u l-gurisprudenza ma jirrikjedux mill-mizzewgin maturita` shiha, jew gharfien perfett u ezawrjenti ta` dak li jfisser iz-zwieg, ma jehtiegux preveggenza cara u assoluta ta` dak li tista` tfisser il-hajja konjugali, lanqas ekwilibriju volittiv-affettiv perfett, u lanqas gharfien perfett tal-motivazzjonijiet li jwasslu ghall-ghazla taz-zwieg. Ghalhekk huwa aktar approrpjat it-terminu diskrezzjoni tal-gudizzju li jfisser certu dixxerniment imma ma jfissirx li ghandha tintlahaq maturita` shiha.

Ghal dak li jirrigwarda difett fil-kunsens dovut ghall-anomalija psikologika serja li taghmilha impossibbli ghal dik il-parti li taqdi l-obbligazzjonijiet essenzjali taz-zwieg, il-ligi taghna, bhad-dritt kanoniku tirrekjedi mhux semplici diffikulta` izda impossibilita` li wiehedjaqdi ossia jassumi l-obbligazzjonijiet essenzjali taz-zwieg. Inkapacita` jew impossibilita` veraf' dan il-kuntest hi ipotizzabbli biss fil-prezenza ta' anomalija psikologika serja li, independentement minn kif wiehed jaghzel li jiddefiniha jew jiklassifika fil-kamp tal-psikjatrija jew tal-psikologija, tintakka sostanzjalment il-kapacita` "di intendere e/o di volere".

Fin-nuqqas ta' definizzjoni jew indikazzjoni fil-Kap. 255, l-obbligazzjonijiet essenzjali taz-zwieg huma dawk li fis-socjeta` Maltija dejjem u invarjabilment gew ritenuti bhala tali: (a) l-obbligu dwar l-att konjugali jew unjoni karnali; (b) l-obbligu tal-komunjoni tal-hajja u l-imhabba; (c) l-obbligu li tircievi u tkabbar lit-tfal fil-kuntest ta` komunjoni konjugali. Dawn l-obbligi jridu jkunu reciproci, permanenti, kontinwi, esklussivi u irrevokabbli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info