Reference: 726/1989/2

Judgement Details


Date
14/01/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
MIFSUD ADRIAN NOE vs ABELA GODWIN NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, AMMISSIBILITA` TA` PROVI GODDA - RITRATTAZZJONI, FAZI IN RESCISSORIO BAZATA FUQ L-ATTI TAL-EWWEL KAWZA - UZU KUMMERCJALI, ELEMENTI TA`
Summary
In tema ta' ritrattazzjoni ta' kawza fi stadju ta' "in rescissorio" u cioe' meta l-Qorti tkun qieghda tghaddi biex tezamina mill-gdid il-kawza wara li s-sentenza antecedenti tkun giet imwarrba l-Qortikellha hekk tikkonduci dan l-ezami fuq l-atti kif kienu migbura. Ma kellhiex allura jekk mhux eccezzjonalment tirrikjedi jew tippermetti l-produzzjoni ta' provi li ma kienux ingabu quddiem l-ewwel Qorti jew fejn il-ligi hekk tippermetti quddiem il-Qorti fit-trattazzjoni tal-appell.

Min jallega l-ezistenza tal-uzanza kummercjali in sostenn tat-talba jew tal-eccezzjoni tieghu kellu necessarjament jifformalizza tali pretensjoni u kellu jgib il-prova tal-ezistenza ta' dik l-usanza. A tempodebito l-usanza kummercjali kellha tirrizulta b'mod car u univoku apparti li kellha tingieb ukoll il-prova li dik l-usanza kienet konsistenti, generalment accettata bhala dak illi kellu normalment isir ghall-kondotta korretta tan-negozju, u dana fuq certu perjodu taz-zmien. L-uzu jista' jikkostitwixxi dritt anke bejn il-partijiet u mhux necesarjament u dejjem jirregola l-istess xorta ta' operazzjoni kummercjali bejn kull min kien interressat fl-istess generu ta' negozju pero' certament fejn hemm kontestazzjoni ma setax jigi krejat l-uzu. Anke jekk hu accertat li l-allegazzjoni hawn hi tal-ezistenza ta' konswitudini supplimentari tal-ligi u mhux konswitudini abrogattiva li testingwi d-dritt vigenti xorta wahda, biex jigi accettat illi tali konswitudini giet fis-sehh u kienet torbot lill-kontraenti, kellha tkun kostanti u pacifika ghall-perjodu taz-zmien mhux qasir.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info