Reference: 14/2001/1

Judgement Details


Date
15/02/2002
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
HENLEY MICHAEL ANTHONY vs PRIM'MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ATT DWAR IC-CITTADINANZA MALTIJA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DISKRIMINAZZJONI AI TERMINI TAL-KONVENZJONI EWROPEJA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DISKRIMINAZZJONI AI TERMINI TAL-KOSTITUZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT TA` MOVIMENT LIBERU - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, TRATTAMENT INUMAN JEW DEGRADANTI
Summary
L-Artikolu 44(1) tal-Kostituzzjoni jipprovdi li ebda cittadin ta' Malta ma ghandu jigi pprivat mill-liberta` tieghu ta' moviment. Ghall-fini ta' dan l-artikolu din il-liberta` tfisser id-dritt ta' moviment liberu gewwa Malta, id-dritt li jirrisjedi f'kull parti ta' Malta, id-dritt li johrog minn Malta u d-dritt li jidhol Malta.

Id-dritt ta' liberta` ta' moviment huwa moghti minn dana l-artikolu biss lil cittadini Maltin. Biex persuna tinvoka dana d-dritt trid tipprova jew li hi cittadin ta' Malta, jew, ghall-anqas, li ghandha dritt skond il-ligi (ordinarja jew xort' ohra) li ssir jew lititqies bhala cittadin ta' Malta (ez. skond l-Artikolu 44(4)(c) tal-Kostituzzjoni) u li l-awtoritajiet qeghdin, bi ksur ta' dik il-ligi, izommuha milli hekk issir jew qed jonqsu milli hekk iqisuha.

Trattament inuman huwa tali li deliberatament jikkawza sofferenza mentali jew fizika severa uli fic-cirkostanzi partikolari ma tkunx gustifikabbli. Trattament jitqies li jkun degradanti jekk jumilja gravement lil dak li jkun quddiem ohrajn jew igieghlu jagixxi kontra l-volonta` jew il-kuxjenza tieghu.

Filwaqt li l-Artikolu 45 tal-Kostituzzjoni jipprojbixxi d-diskriminazzjoni fil-ligijiet in generali, fl-effetti taghhom u fl-applikazzjoni taghhom (ez. minn ufficjali pubblici), l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropeja jiggarantixxi biss mid-diskriminazzjoni it-tgawdija tad-drittijietu libertajiet kontemplati fil-Konvenzjoni. Dritt jew liberta` li ma jaqax jew ma taqax ragjonevolment b'xi mod fl-ambitu ta' xi wiehed mill-Artikoli 2 sa 13 tal-Konvenzjoni ma jistax ikun is-suggettta' tutela taht l-Artikolu 14.

Dritt ghal cittadinanza bl-ebda mod ma jikkonfigura ruhu bhaladritt taht il-Konvenzjoni.

It-tieni differenza bejn l-Artikolu 45 tal-Kostituzzjoni u l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni hi fir-rigward tar-"ragunijiet" ghat-trattament differenti (ossia diskriminatorju). Filwaqt li fl-Artikolu 14 il-"grounds of discrimination" hemmhekk imsemmija ma humiex ezawrienti, ghall-finijiet ta' l-Artikolu 45 tal-Kostituzzjoni id-diskriminazzjoni trid tkun dovuta specifikatament ghal xi wahda mir-ragunijiet imsemmija fis-subartikolu (3), cioe` razza, post ta' origini,opinjonijiet politici, ecc.

Trattament differenti ossia diskriminatorju bbazat fuq id-data tat-twelid ta' persuna ma jammontax ghal diskriminazzjoni fis-sens tal-Artikolu 45(3) proprju ghax id-data tat-twelid ma hix wahda mill-"grounds of discrmination" imsemmija f'dan is-subartikolu (3).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info