Reference: 866/1995/1

Judgement Details


Date
31/01/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
MONTANARO GAUCI DR GERALD NOE vs AGIUS CESARIO ALEX NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUNTRATT, IN DUBIIS INTERPRETATIO CAPIENDA EST, UT DISPOSITIO POTIUS VALEAT QUAM PEREAT - KUNTRATT, INTENZJONI TAL-PARTIJIET - KUNTRATT, INTERPRETAZZJONI TA` - KUNTRATT, META L-KLIEM UZATI JKUNU CARI - KUNTRATT, META L-KLIEM UZATI MA JKUNUX CARI - KUNTRATT, PACTA SUNT SERVANDA - KUNTRATT, REGOLI TA` INTERPRETAZZJONI
Summary
Meta il-kliem ta' konvenzjoni mehud fis-sens skond l-uzu tal-kuntratt, hu car, ma hemmx lok ta' interpretazzjoni, ghaliex tali interpretazzjoni, anke supplita minn xhieda, tista' tinghata biss sabiextelucida l-iskrittura jew il-kuntratt f'xi patt incidentali jew accessorju taghha.

Il-principju 'contra scriptum non est argumentum', jibqa' japplika sakemm ma tingiebx prova li tali skritturahija nieqsa minn xi element kostitutiv taghha.

Il-principju kardinali li jirregola l-istatuttal-kuntratti jibqa' dejjem dak li l-vinkolu kontrattwali ghandu jigi rispettat u li hi l-volonta' tal-kontraenti kif espressa fil-konvenzjoni li kellha tipprevali u trid tigi osservata. "Pacta sunt servanda".

Il-gurisprudenza nostrali hi kostanti filli rriteniet li ma hiex ammissibbli li prova testimonjali kontra jew in aggjunta ghall-kontenut ta' att miktub u hi talvolta ammessa biex tikkjarifika l-intenzjoni tal-partijiet meta din hi espressa b'mod ambigwu.

L-interpretazzjoni li trid tinghata, meta klawsola tista' tfisser haga u ohra, din ghandha tinftiehem dik il-haga li biha jista' jkun hemm xi effetti milli dik il-haga li biha ma seta' jkun hemm ebda effett. Disposizzjoni li tirrifletti l-principju "in dubiis interpretatio capienda est, ut dispositio potius valeat quampereat".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info