Reference: 720/2000/1

Judgement Details


Date
31/01/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
GOLLCHER COMPANY LTD NOE vs THE CARGO HANDLING COMPANY LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PRESKRIZZJONI, AZZJONI KONTRA L-AWTORITA` MARITTIMA TA` MALTA JEW KUNTRATTUR TAGHHA DWAR IR-RESPONSABBILITAJIET TAHT L-ATT DWAR L-AWTORITA` MARITTIMA TA` MALTA
Summary
L-artikolu 65 (a) u (b) tal-Att Dwar L-Awtorita` Marittima jipprovdi li:-

"Minkejja d-disposizzjoniiet ta' kull ligi ohra, ma tista' tittiehed ebda azzjoni kontra l-Awtorita` jew kuntrattur dwar ir-responsabbilitajiet taht dan l-Att, jew ghal xi telf jew hsara li ssir lil xi persuna, bastiment, oggetti, vetturi, jew hwejjeg ohra huma x'inhuma abbord bastiment kemm il-darba:

(a) talbabil-miktub, li taghti dawk il-partikolaritajiet li jistghu jkunu b'mod xieraq mehtiega, ma tinghatax lill-Awtorita` jew lill-kuntrattur, skond il-kaz, mhux iktar tard minn sitt xhur mid-data li fihal-oggetti kienu accettati mill-Awtorita` jew il-Kuntrattur taghha;

(b) l-azzjoni ma tinbedixfi zmien tnax-il xahar mill-imsemmija data:

Izda l-Awtorita` jew il-kuntrattur, skond il-kaz,jista' jestendi z-zmien specifikat fil-paragrafu (a) b'dak iz-zmien l-iehor ta' mhux izjed minn sitt xhur li jidrilha xieraq jekk tkun sodisfatta li t-talba ma setghetx issir b'mod xieraq fiz-zmien specifikat kif intqal qabel.

Izda wkoll l-Awtorita` jew il-kuntrattur, skond il-kaz, ma jkunuxresponsabbli ghal aktar mill-limiti jew mill-ammonti stabbiliti b'ligi, jew f'dawk ic-cirkostanzi li jistghu jkunu preskritti".

Dan l-artikolu huwa simili ghall-artikolu 45 tal-Ports Ordinance1962, pero' iktar wiesgha stante li dan l-ahhar artikolu kien jirreferi biss ghall-kuntrattur in relazzjoni ghar-responsabilitajiet tieghu bhala "carrier jew warehouseman" mentri bl-artikolu 65 tal-Kap 352 qed jirreferi "ghar-responsabilitajiet taghhom taht dan l-Att" li jistghu ikunu anke iktarestensivi minn hekk. Certament pero` l-artikolu 65 tal-Kap 352 jinkludi responsabiltajiet derivantimill-garr, u hazna ta` merkanzija.

It-termini taht l-Artikolu 65 tal-Kap 352 huma termini ta` dekadenza u ma jistghux jigu interrotti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info