Referenza: 1151/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/02/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
BORG RICHARD ET vs DEGIORGIO EMANUEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, ELEMENTI TAS-SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, GESTJONI TA` NEGOZJU MA TAMMONTAX GHAL SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, META S-SID JACCETTA HLAS TA` KERA MINN TERZI
Fil-Qosor
Fit-tfittxija dwar jekk tkunx saret sullokazzjoni, il-qorti ghandha thares mhux lejn il-forma ta' barra izda lejn it-tifsira tassew tan-negozji guridici. Jekk issib illi l-kerrej effettivament qata'r-rabta mal-fond mikri ghax ceda n-negozju, ghalkemm mhux ukoll formalment il-kiri, lil terzi, melaghandha ssib ukoll illi effettivament, ghalkemm mhux formalment, ceda l-kiri wkoll. Dan ma jfissirxilli kerrej ma jistax iqabbad lil haddiehor bhala institur biex imexxilu n-negozju, izda n-negozju,bir-riskji u l-beneficcji tieghu, ghandu jibqa' tal-kerrej. Jekk in-negozju jghaddih lil haddiehor, tkun biss interpretazzjoni artificjali u formalistika li tghid li mieghu ma ghaddiex ukoll l-interess fil-kiri tal-fond fejn dak in-negozju jkun gestit.

Sakemm jibqa' stabbilit l-interess personali ta' l-intimat fin-negozju u fil-hanut fejn dan hu gestit, u jirrizulta wkoll element ta' kontroll fuq il-gestjoni, ma tista' tirrizulta ebda sullokazzjoni.

A contrario sensu, fejn dak l-interess personali ma hemmx, il-konkluzjoni tkun bil-maqlub.

Kreditur ma jistax ma jaccettaxhlas maghmul minn terzi: ma ghandux ghazla jaccettax jew le, u ghalhekk meta jaccetta hlas minn terzi ma jistax jitqies li b'hekk irrinunzja ghal drittijiet ohrajn tieghu. Ghalhekk accettazzjoni tal-kera mhallsa minn terza persuna ma tfissirx gharfien ta` dik it-terza persuna bhala sub-inkwilina.Li hu konkluziv huwa f`isem min jinhargu ir-ricevuti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni