Reference: 113/1994/2

Judgement Details


Date
14/01/2002
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
SCHEMBRI CHARLES NOE vs FRENDO FREDERICK NOE ET, PALM SHIPPING AGENCY LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
AGENT TA` BASTIMENT, RESPONSABILITA` GHAL SOMOM TA` FLUS DOVUTI LILL-AWTORITA` MARITTIMA TA` MALTA - AGENT TA` BASTIMENT, RESPONSABILITA` TA` - AGENT TA` BASTIMENT, RINUNZJA TAL-MANDAT
Summary
Ir-rapprezentanza tal-propjetarji u armaturi ta' bastimenti hija fil-fatt difiza bejn il-kaptan u r-rakkomandatarju. L-ewwel wiehed jipprovdi ghall-funzjoni teknika jigifieri ghall-govern tal-bastiment. L-iehor hu prepost ghall-funzjoni ekonomika jigifieri ghall-esekuzzjoni tal-kuntratt ta' trasport. Ir-rakkomandatarji huma ta' tlett speci, is-semplici konsenjatarji, r-rakkomandatarji proprji ur-rapprezentanti jew agenti tas-socjetajiet ta' navigazzjoni.

Il-konsenjatarji jew agenti ta' bastiment huma dawk li jigu maghzulin kull darba li bastiment imur fil-port fejn joqghod il-konsenjatarju, fejn ma jkunx hemm rakkomandatarju stabbilit u l-fakultajiet taghhom huma limitati ghall-operazzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu u li jkunu l-konsegwenza tal-fatt tal-karikament u tal-iskarikament ta' bastiment, wiehed determinat f'port wiehed. Il-figura guridika taghhom hija kwindi dik ta' mandatarju okkazjonali b'mandat specjali u limitat. Ir-rapprezentanti jew agenti tas-socjetajiet ta'navigazzjoni huma istituri veri u proprji ghaliex jittrattaw u jikkonkludu abitwalment l-affarijietkollha tas-socjeta' li jirrapprezentaw u l-post fejn joqghodu u f'dak il-post huma preposti ghall-kummerc kollu li fl-istes post jigi ezercitat mis-socjeta' mandanti.

Dan l-insenjament kienjirrifletti fil-fatt d-disposizzjonijiet tal-Kodici tal-Kummerc li jipprovdu ghall-agenzija merkantili. L-artikolu 49 tal-Kap. 13 jipprovdi illi fin-nuqqas ta' patt ta' ligi jew ta' uzu kuntrarju r-rapprezentanza kummercjali hija regolata minn disposizzjonijiet tat-titolu XVIII tat-Taqsima II tat-Tieni Ktieb tal-Kodici Civili sa fejn jistghu jghoddu barra mid-disposizzjoni tal-artikolu 1861. L-artikolu 1889, subinciz 1 tal-Kodici Civili, japplika wkoll allura ghar-rapprezentanza kummercjali lijiddisponi illi "l-mandatarju jista' jirrinunzja l-mandat billi jgharraf b'din ir-rinunzja lill-mandant".

L-artikolu 38 tal-Att Dwar l-Awtorita' Marittima (Kap. 352) madanakollu jirregola r-relazzjonijiet bejn l-agent tal-vapur u l-Awtorita' Marittima fir-rigward tal-hlasijiet mitluba minnhaf'din l-istanza ghal "laid up fees" u ghalhekk jikkostitwixxi lex specialis. Rilevanti illi s-subtitolu ta' din id-disposizzjoni partikolari, deskrittiv tal-provvediment, hu illi "agent ma jistax jitlaq agenzija". Dan ifisser illi kuntrarjament ghall-principju generali illi l-mandatarju seta' dejjem jirrinunzja ghall-mandat lilu moghti u minnu accettat, fil-kaz ta' agent ta' vapur, dan kien espressament vjetat mil-ligi sakemm il-vapur jibqa' Malta. Il-ligi dwar dan hi tassattiva, cara u univoka. L-agent kien obbligat jibqa' jagixxi ta' agent u jibqa' responsabbli ghall-obbligi tal-mandanttieghu, f'dan il-kaz is-sidien tal-vapur ghall-finijier ral-Kap. 352.

Dan ifisser illi filwaqt illi fir-rigward tar-relazzjonijiet tieghu ma' terzi persuni r-rinunzja tal-mandat tkun valida utorbot fil-ligi, fir-rigward ta' dawk id-drittijiet u obbligi li jinteressaw lill-istess agent fir-relazzjonijiet tieghu mal-Awtorita' Marittima dan kellu jitqies li ghadu agent nonostante kwalunkwe rinunzja li jaghzel li jaghmel. Mhux biss. Il-ligi riedet tkompli ticcara u tassigura dan il-principju billi fid-disposizzjoni sussegwenti tal-artikolu 39 tispecifika illi fost il-persuni li kienu responsabbli ghall-hlasijiet ta' kull dritt, hlas, jew pagament migbur taht il-Kap. 352 kien hemm espressament "2(b) l-agent tal-bastiment, li jkun hallas jew ha r-responsabilta` li jhallas xi hlas akkont ta` dak il-bastiment". Inoltre fis-subinciz 3 tal-artikolu 39 l-agent jinghata d-dritt li jzommghalih flejjes li jkun ircieva akkont tal-bastiment jew tas-sid sal-ammont li jkun hallas u spejjezragjonevoli inkorsi b'rizultat ta' tali pagament jew responsabbilita'. Dana proprju biex jigi assigurat lill-agent illi jkun kopert ghal kull eventwalita' konsegwenzjali ghall-fatt li l-ligi zzommu responsabbli bhala agent ghaz-zmien li fih il-vapur jibqa' Malta indipendentement minn jekk ikollux jew le l-kopertura tal-mandant tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info