Referenza: 178/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
01/02/2002
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs BORG ROWINA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RICEVUTA FISKALI, IMPJEGAT TAL-PERSUNA REGISTRATA - RICEVUTA FISKALI, NUQQAS TA` HRUG TA` - RICEVUTA FISKALI, OBBLIGU TAL-PERSUNA REGISTRATA MAL-KUMMISSARJU TAT-T-TAXXA FUQ IL-VALUR MIZJUD - RICEVUTA FISKALI, PERSUNA REGISTRATA
Fil-Qosor
Fil-kamp penali il-ligijiet ghandhom jinghataw interpretazzjoni restrittiva, fis-sens illi l-qrati ma ghandhomx joholqu reat jew piena jekk il-legislatur ma jkunx ipprovda b'mod car ghal tali reat jewtali piena.

L-Artikolu 51 tal-Att dwar it-Taxxa fuq il-Valur Mizjud (Kap. 406) jipprovdi li"Kull persuna registrata li taghmel provvista, minbarra provvista li ghaliha japplika l-artikolu 50,ghandha taghti lill-persuna li lilha tkun ghamlet il-provvista dik il-fattura, ricevuta jew dokument iehor kif muri fl-Erbatax-il Skeda li tinsab ma' dan l-Att u ghandu jkollha l-forma u ghandha turidawk il-partikolaritajiet u tinhareg b'dak il-mod kif muri fl-imsemmija Skeda".

Id-disposizzjoni kontenuta fl-Artikolu 82(2) tal-Kap. 406 fiha nnifisha ma hi qed tohloq ebda reat; qed tipprovdi semplicement ghar-responsabbilta` vikarja tal-principal jew tal-persuna registrata ghal dak l-eghmil jew nuqqas tal-impjegat jew persuna ohra. Fi kliem iehor, dak li jaghmel jew jonqos milli jaghmel l-impjegat jew il-persuna l-ohra jitqies daqs li kieku ghamlu jew naqas milli jaghmlu il-principaljew persuna registrata; u, jekk dak l-eghmil jew nuqqas, li allura issa jitqies li sar jew li naqasmilli jsir mill-principal jew mill-persuna registrata, jammonta ghal reat taht xi disposizzjoni tal-ligi, allura l-principal jew il-persuna registrata jkunu qed jikkommettu reat. Dan u dan biss huwas-sens tas-subartikolu (2) ta' l-Artikolu 82 - u cioe` li johloq ir-responsabbilta` vikarja tal-principal jew persuna registrata - u mhux li johloq ir-responsabbilta` penali tal-impjegat jew tal-persuna l-ohra (li tkun qed tagixxi a nom tal-persuna registrata).




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni